|
+Artikolu 5 2. |
Artikolu 5 2.L-entitajiet regolati li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għas-superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju skond l-Artikoli 6 sa 17:
(a)
kull entità regolata li tkun tmexxi konglomerat finanzjarju;
(b)
kull entità regolata, li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni;
(ċ)
kull entità regolata marbuta ma' settur ieħor finanzjarju permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE. Fejn konglomerat finanzjarju jkun sub-grupp ta' konglomerat finanzjarju ieħor li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-ewwel subparagrafu, l-Istati membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 6 sa 17 għall-entitajiet regolati fi ħdan il-grupp imsemmi l-aħħar biss u kull referenza fid-Direttiva għat-termini grupp u konglomerat finanzjarju għandha allura tiftiehem bħala li tirreferi għal dan il-grupp isemmi l-aħħar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|