+Artikolu 5 Kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
|
Artikolu 5 Kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni li jinsabu fir-regoli settorali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati msemmija fl-Artikolu 1, sal-limitu u bil-mod preskritt f'din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 5 2.
|
L-entitajiet regolati li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għas-superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju skond l-Artikoli 6 sa 17:
(a)
kull entità regolata li tkun tmexxi konglomerat finanzjarju;
▼M6
(b)
kull entità regolata, li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni;
▼B
(ċ)
kull entità regolata marbuta ma' settur ieħor finanzjarju permezz ta' relazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE.
Fejn konglomerat finanzjarju jkun sub-grupp ta' konglomerat finanzjarju ieħor li jikkonforma mal-ħtiġiet ta' l-ewwel subparagrafu, l-Istati membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 6 sa 17 għall-entitajiet regolati fi ħdan il-grupp imsemmi l-aħħar biss u kull referenza fid-Direttiva għat-termini grupp u konglomerat finanzjarju għandha allura tiftiehem bħala li tirreferi għal dan il-grupp isemmi l-aħħar.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Kull entità regolata li mhix suġġetta għal superviżjoni supplementari skont il-paragrafu 2, li l-impriża prinċipali tagħha hija entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, għandha tkun suġġetta għal superviżjoni supplementari fil-livell tal-konglomerat finanzjarju sal-limitu u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Meta persuni jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali f'entità regolata waħda jew aktar, jew jeżerċitaw influwenza sinjifikanti fuq entitajiet bħal dawk mingħajr ma jżommu parteċipazzjoni jew rabtiet kapitali, ħlief fil-każi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom, bi ftehim komuni u b'konformità mal-liġi nazzjonali, jistabbilixxu jekk u sa liema limitu superviżjoni supplementari ta' l-entitajiet regolati għandha titwettaq, daqslikieku jikkostitwixxu konglomerat finanzjarju. Sabiex tiġi applikata superviżjoni supplementari bħal dik, tal-anqas waħda mill-entitajiet għandha tkun entità regolata kif imsemmija fl-Artikolu 1 u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(14)(a)(ii) jew 14(b)(ii) u l-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew (14)(b)(iii) għandhom ikunu mħarsa. L-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, waqt li jagħtu kont tal-objettivi tas-superviżjoni supplementari kif provdut f’din id-Direttiva. Għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għal “gruppi koperattivi”, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu kont tar-rabta pubblika finanzjarja ta' dawn il-gruppi fir-rigward ta' entitajiet finanzjarji oħra.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 13, l-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari fil-livell ta' konglomerat finanzjarju m'għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni f'relazzjoni ma' kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jamministraw, entitajiet regolati ta' pajjiżi terzi f'konglomerat finanzjarju jew entitajiet mhux regolati f'konglomerat finanzjarju, fuq bażi ta' każ b'każ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|