+Artikolu 6 Adegwatezza ta' kapital
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Adegwatezza ta' kapital

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, superviżjoni supplementari ta' adegwatezza ta' kapital ta' l-entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tkun eżerċitata skond ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (5), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u f'L-Anness I.
Artikolu 6 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju li jassiguraw li fondi proprji huma disponibbli fil-livell tal-konglomerat finanzjarju li huma dejjem ikunu ugwali għal ta' l-anqas il-ħtiġiet ta' l-adegwezza tal-kapital kif kalkolati skond l-Anness I.

L-Istati Membri għandhom ukoll jeħtieġa li l-entitajiet regolati jkollhom taħdem politika adegwata ta' adegwatezz ta' kapital fil-livell tal-konglomerat finanzjarju.

Il-ħtiġiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur skond it-Taqsima 3.

Il-kordinatur għandu jassigura li l-kalkolazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu titwettaq ta' l-anqas darba fis-sena, jew mill-entitajiet regolati jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.

Ir-riżultati tal-kalkolazzjoni u t-tagħrif relevanti għall-kalkolazzjoni għandhom jintbagħtu lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmessi l-konglomerat finanzjarju, jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat finanzjarju identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

Artikolu 6 3.

Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta’ adegwatezza tal-kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari f’konformita’ mal-Anness I:

(a) 

istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari;

(b) 

impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża holding tal-assigurazzjoni;

(c) 

kumpannija tal-investiment;

(d) 

kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Artikolu 6 4.
Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital supplimentari fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju bl-applikazzjoni tal-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-kontabilità) imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ solvenza tal-entitajiet fil-grupp għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tar-regoli settorjali korrispondenti għall-forma u l-livell ta’ konsolidazzjoni kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 221 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Meta jiġi applikat il-metodu 2 (Tnaqqis u aggregazzjoni) imsemmi fl-Anness I, il-kalkolu għandu jikkunsidra l-proporzjon tal-kapital sottoskritt miżmum direttament jew indirettament mill-impriża prinċipali jew impriża li jkollha parteċipazzjoni f’entità oħra tal-grupp.

Artikolu 6 5.

Il-kordinatur jista' jiddeċiedi li ma jinkludix entità partikolari fil-kamp ta' applikazzjoni meta jikkalkola l-ħtiġiet ta' adegwatezza ta' kapital supplimentari fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

jekk l-entità tkun tinsab f'pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment ta' l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali li jirrigwardaw l-obbligu ta' l-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom ma jitħalliex isir;

(b) 

jekk l-entità tkun ta' interess negliġibbli fir-rigward ta' l-objettivi tas-superviżjoni supplementari ta' entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju;

(ċ) 

jekk l-inklużjoni ta' l-entità ma tkunx tixraq jew tista' tiżgwida fir-rigward ta' l-objettivi ta' superviżjoni supplementari.

iżda, jekk diversi entitajiet għandhom jiġu esklużi bis-saħħa ta' (b) ta' l-ewwel subparagrafu, għandhom madana kollu jkunu nklużi meta kollettivament ikun ta' interess mhux negliġibbli.

Fil-każ imsemmi fiċ-(ċ) ta' l-ewwel subparagrafu, l-kordinatur għandu, ħlief f'każi ta' urġenza, jikkonsulta ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti qabel ma jieħu deċiżjoni.

Meta kordinatur ma jinkludix entità regolata fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' wieħed mill-każi kif hemm provdut fil-(b) u (ċ) ta' l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tkun tinsab l-entità jistgħu jitolbu l-entità li tkun tmexxi il-konglomerat finanzjarju għall-informazzjoni li tista' tiffaċilita is-superviżjoni tagħhom ta' l-entità regolata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.