+Artikolu 8 Transazzjonijiet bejn il-grupp
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.

Artikolu 8 Transazzjonijiet bejn il-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorali, supreviżjoni supplementari ta' transazzjonijiet bejn il-grupp ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju għandha tiġi eżerċitata skind ir-regoli preskritti fl-Artikolu 9(2) sa (4), fit-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu, u f'L-Anness II.
Artikolu 8 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati jew kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jirrapportaw, fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena, lill-kordinatur it-transazzjonijiet kollha sinifikanti bejn il-grupp ta' entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju, skond ir-regoli preskritti f'dan l-artikolu u f'L-Anness II. Sal-limitu li ma jkunux tħejjew definizzjonijiet ta' l-għatbiet imsemmija fl-aħħar sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Anness II, transazzjoni bejn il-grupp għandha tiġi preżunta li tkun sinifikanti jekk l-ammont tagħha jeċċedi ta' l-anqas 5 % ta' l-ammont totali tal-ħtiġiet ta' adegwatezza tal-kapital fil-livell ta' konglomerat finanzjarju.

L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju.

Dawn it-transazzjonijiet bejn il-grupp għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur.

Artikolu 8 3.
Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffissaw limiti kwantitattivi u rekwiżiti kwalitattivi, jew jieħdu miżuri oħra ta’ superviżjoni li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fil-qafas tal-grupp ta’ entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju.
Artikolu 8 4.
Fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, ir-regoli settorali li jirrigwardaw transazzjonijiet bejn il-grupp ta' l-aktar settur finnzjarju importanti fil-konglomerat finanzjarju għandhom japplikaw għal dak is-settur kollu kemm hu, inkluża l-kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra.
Artikolu 8 5.
L-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp kif previst fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-għodod superviżorji, kif previst f’dan l-Artikolu tkun allineata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 245 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.