+Artikolu 8 2.
|
Artikolu 8 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu entitajiet regolati jew kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jirrapportaw, fuq bażi regolari u ta' l-anqas darba fis-sena, lill-kordinatur it-transazzjonijiet kollha sinifikanti bejn il-grupp ta' entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju, skond ir-regoli preskritti f'dan l-artikolu u f'L-Anness II. Sal-limitu li ma jkunux tħejjew definizzjonijiet ta' l-għatbiet imsemmija fl-aħħar sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Anness II, transazzjoni bejn il-grupp għandha tiġi preżunta li tkun sinifikanti jekk l-ammont tagħha jeċċedi ta' l-anqas 5 % ta' l-ammont totali tal-ħtiġiet ta' adegwatezza tal-kapital fil-livell ta' konglomerat finanzjarju. L-informazzjoni meħtieġa għandha tintbagħat lill-kordinatur mill-entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 li tkun tmexxi l-konglomerat finanzjarju jew, fejn il-konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-entità regolata fil-konglomerat identifikata mill-kordinatur wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet l-oħra relevanti kompetenti u mal-konglomerat finanzjarju. Dawn it-transazzjonijiet bejn il-grupp għandhom ikunu s-suġġett ta' superviżjoni fuq fuq mill-kordinatur.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|