|
+Artikolu 10 2. |
Artikolu 10 2.Il-ħatra għandha tkun bażata fuq il-kriterji li ġejjin:
(a)
fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jkun eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;
(b)
fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti identifikata skond il-prinċipji li ġejjin:
(i)
fejn l-prinċipali ta' entità regolata tkun kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;
(ii)
fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, u waħda minn dawk l-entitajiet tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali, il-kompitu tal-koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti tal-entità regolata awtorizzata f’dak l-Istat Membru. Fejn aktar minn entità regolata waħda, jkunu attivi f'setturi finanzjarji differenti fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu tal-kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata attiva fl-aktar settur finanzjarju importanti. Fejn il-konglomerat finanzjarju jkun immexxi minna aktar minn kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b'uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm entità regolata f'kull wieħed minn dawn l-Istati, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorià kompetenti ta' l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jekk dawn l-entitajiet huma fl-istess settur finanzjarju, jew mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;
(iii)
fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamminsitra u ebda waħda minn dawn l-entitajiet ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu ta’ koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;
(iv)
fejn il-konglomerat finanzjarju huwa grupp mingħajr impriża prinċipali fil-quċċata, jew f'kull każ ieħor, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|