+Artikolu 10 Awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari(il-kordinatur)
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.

Artikolu 10 Awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari(il-kordinatur)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplimentari adegwata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, koordinatur wieħed, responsabbli għall-koordinament u l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari, għandu jiġi maħtur minn fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, inklużi dawk tal-Istat Membru li fih il-kumpannija possedenti finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. L-identità tal-koordinatur għandha tkun ippubblikata fil-websajt tal-Kumitat Konġunt.
Artikolu 10 2.

Il-ħatra għandha tkun bażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a) 

fejn konglomerat finanzjarju jkun immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jkun eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;

(b) 

fejn konglomerat finanzjarju ma jkunx immexxi minn entità regolata, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti identifikata skond il-prinċipji li ġejjin:

(i) 

fejn l-prinċipali ta' entità regolata tkun kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat dik l-entità regolata bis-saħħa tar-regoli relevanti settorali;

▼M6

(ii) 

fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, u waħda minn dawk l-entitajiet tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali, il-kompitu tal-koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti tal-entità regolata awtorizzata f’dak l-Istat Membru.

▼B

Fejn aktar minn entità regolata waħda, jkunu attivi f'setturi finanzjarji differenti fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu tal-kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata attiva fl-aktar settur finanzjarju importanti.

Fejn il-konglomerat finanzjarju jkun immexxi minna aktar minn kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b'uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm entità regolata f'kull wieħed minn dawn l-Istati, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorià kompetenti ta' l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ jekk dawn l-entitajiet huma fl-istess settur finanzjarju, jew mill-awtorità kompetenti ta' l-entità regolata fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

▼M6

(iii) 

fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamminsitra u ebda waħda minn dawn l-entitajiet ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu ta’ koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;

▼B

(iv) 

fejn il-konglomerat finanzjarju huwa grupp mingħajr impriża prinċipali fil-quċċata, jew f'kull każ ieħor, il-kompitu ta' kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti.

Artikolu 10 3.
F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jisgħu bi ftehim komuni iwarrbu l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx adattata, waqt li jingħata kont ta' l-istruttura tal-konglomerat u l-importanza relattiva ta' l-attivitajiet tiegħu f'pajjiżi differenti u jaħtru awtorità kompetenti differenti bħala kordinatur. F'dawn il-każi, qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-konglomerat l-opportunità li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dik id-deċiżjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.