+Artikolu 11 Kompiti tal-kordinatur
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
|
Artikolu 11 Kompiti tal-kordinatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-kordinatur fir-rigward ta' superviużjoni supplementari għandhom jinkludu:
(a)
il-kordinament tal-ġbir u disseminazzjoni ta' informazzjoni relevanti jew essenzjali f'negozji viabbli u sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża d-disseminazzjoni ta' informazzjoni li hija importanti għall-kompitu ta' superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti skond ir-regoli settorali;
(b)
superviżjoni fuq fuq u stima tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' konglomerat finanzjarju;
(ċ)
stima ta' konformità mar-regoli dwar l-adegwetezza ta' kapital u konċentrazzjoni ta' riskju u transazzjonijiet bejn il-grupp kif stipulat f'L-Artikoli 6, 7 u 8;
(d)
stima ta' l-istruttura tal-konglomerat finanzjarju, l-organizzazzjoni u s-sistema interna ta' kontroll kif stipulat fl-Artikolu 9;
(e)
ippjanar u kordinament ta' attivitajiet superviżorji f'negozji vijabbli kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, b'koeprazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti involuti;
(f)
kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lill-kordinatur b'din id-Direttiva jew li joħorġu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni supplimentari fuq bażi legali wiesgħa, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti, u, fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, għandu jkollhom stabbiliti arranġamenti ta’ koordinament. L-arranġamenti ta’ koordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-koordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 12(2) u l-Artikoli 16 u 18, u għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti. F’konformità mal-Artikolu 8 u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida li jkollhom bħala għan il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Il-kordinatur għandu, meta jeħtieġ informazzjoni li tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti oħra skond ir-regoli settorali, jikkuntattja lil din l-awtorità kull fejn possibbli sabiex jipprevjeni duplikazzjoni ta' rappurtar lill-awtoritajiet varji involuti fis-superviżjoni.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu delegati kompetenzi speċifiċi superviżorji u responsabbiltajiet kif hemm provdut fl-atti leġislattivi tal-Unjoni, il-preżenza ta’ koordinatur fdat b’kompiti speċifiċi li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju ma għandhiex teffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorali.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Il-kooperazzjoni meħtieġa skont din it-Taqsima u t-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 12 u, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-koordinament u l-kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet superviżorja rilevanti ta’ pajjiżi terzi fejn ikun xieraq, għandha titwettaq permezz tal-kulleġġi stabbiliti skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE. L-arranġamenti ta’ koordinament imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu riflessi b’mod separat fl-arranġamenti eżistenti ta’ koordinament bil-miktub skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Il-koordinatur, bħala President ta’ kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti oħra jipparteċipaw f’laqgħa jew fi kwalunkwe attività ta’ dan il-kulleġġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|