|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-kordinatur fir-rigward ta' superviużjoni supplementari għandhom jinkludu:
(a)
il-kordinament tal-ġbir u disseminazzjoni ta' informazzjoni relevanti jew essenzjali f'negozji viabbli u sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża d-disseminazzjoni ta' informazzjoni li hija importanti għall-kompitu ta' superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti skond ir-regoli settorali;
(b)
superviżjoni fuq fuq u stima tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' konglomerat finanzjarju;
(ċ)
stima ta' konformità mar-regoli dwar l-adegwetezza ta' kapital u konċentrazzjoni ta' riskju u transazzjonijiet bejn il-grupp kif stipulat f'L-Artikoli 6, 7 u 8;
(d)
stima ta' l-istruttura tal-konglomerat finanzjarju, l-organizzazzjoni u s-sistema interna ta' kontroll kif stipulat fl-Artikolu 9;
(e)
ippjanar u kordinament ta' attivitajiet superviżorji f'negozji vijabbli kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, b'koeprazzjoni ma' l-awtoritajiet relevanti kompetenti involuti;
(f)
kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lill-kordinatur b'din id-Direttiva jew li joħorġu mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Sabiex tiġi faċilitata u stabbilita superviżjoni supplimentari fuq bażi legali wiesgħa, il-koordinatur u l-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti, u, fejn meħtieġ, l-awtoritajiet kompetenti oħra kkonċernati, għandu jkollhom stabbiliti arranġamenti ta’ koordinament. L-arranġamenti ta’ koordinament jistgħu jafdaw kompiti addizzjonali lill-koordinatur u jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6, l-Artikolu 12(2) u l-Artikoli 16 u 18, u għal kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħra kompetenti. F’konformità mal-Artikolu 8 u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida li jkollhom bħala għan il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|