+Artikolu 12 Koperazzjoni u skampju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
|
Artikolu 12 Koperazzjoni u skampju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju u l-awtorità kompetenti maħtura bħala kordinatur għal dak il-konglomerat finanzjarju għandhom jikkoperaw fil-qrib ma' xulxin. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorali, dawn l-awtoritajiet, sew jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jew le, għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni li hija essenzjali jew relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji ta' l-awtoritajiet l-oħra skond ir-regoli settorali u din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti u l-kordinatur għandhom jikkomunikaw fuq talba l-informazzjoni kollha relevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali. Din il-koperazzjoni għandha ta' l-anqas tipprovdi għall-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-partiti li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tal-istruttura legali tal-grupp u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva, inklużi l-entitajiet regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha li jappartjenu għall-konglomerat finanzjarju, id-detenturi ta’ holdings kwantifikanti fil-livell prinċipali aħħari, kif ukoll fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp;
(b)
il-politika strateġika tal-konglomerat finanzjarju;
(ċ)
is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konglomerat finanzjarju, b'mod partikolari dwar l-adegwatezza ta' kapital, transazzjonijiet bejn il-grupp, konċentrazzjoni ta' riskju u profitabilità;
(d)
id-detenturi prinċipali ta' l-ishma tal-konglomerat finanzjarju u l-amministrazzjoni;
(e)
l-organizzazzjoni, l-immaniġġar tar-riskju u s-sistemi interni ta' kontroll fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;
(f)
proċeduri għal ġbir ta' informazzjoni mill-entitajiet f'konglomerat finanzjarju, u l-verifikazzjoni ta' dik l-informazzjoni;
(g)
żviluppi kuntrarji f'entitajiet regolati jew f'entitajiet oħra ta' konglomerat finanzjarju li jistgħu jaffettwaw serjament l-entitajiet regolati;
(g)
sanzjonijiet prinċipali u miżuri eċċezzjonali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skond ir-regoli settorali jew din id-Direttiva.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw mal-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli settorjali: il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (
20
).
|
|
Artikolu 12 2.
|
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorali, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom, qabel id-deċiżjoni tagħhom, jikkonsultaw ma' xulxin fir-rigward tal-partiti li ġejjin, fejn dawn id-deċiżjonijiet huma ta' importanza għall-kompiti superviżorji ta' awtoritajiet kompetenti oħra:
(a)
bidliet fid-detenturi ta' l-ishma, struttura ta' organizzazzjoni jew amministrattiva ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju, li jeħtieġu approvazzjoni jew awtorizzazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti;
(b)
sanzjonijiet prinċipali jew miżuri eċċezzjonali meħuda minn awtoritajiet kompetenti.
Awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ma tikkonsultax f'każi ta' urġenza jew fejn dik il-konsultazzjoni tista' tipperikola l-effettività tad-deċiżjonijiet. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Il-kordinatur jista' jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-impriża prinċipali ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u li huma stess ma jeżerċitawx is-superviżjoni supplementari bis-saħħa ta' L-artikolu 10, li jistaqsu lill-impriża prinċipali għal kull informazzjoni li tkun relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom ta' kordinament kif preskritti fl-Artikolu 11, u li jittrasmettu dik l-informazzjoni lill-kordinatur. Fejn l-informazzjoni msemmija f'L-artikolu 14(2) tkun diġà ingħatat lil awtorità kompetenti skond ir-regoli settorali, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta' superviżjoni supplementari jistgħu japplikaw lill-awtorità imsemmija l-ewwel biex jiksbu l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u awtoritajiet oħra, kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-kollezzjoni jew pussess ta' informazzjoni fir-rigward ta' entità fi ħdan konglomerat finanzjarju li mux entità regolata m'għandha bl-ebda mod timplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol ta' superviżjoni b'relazzjoni ma' dawn l-entitajiet fuq bażi skond il-każ. Informazzjoni riċevuta fil-qafas ta' superviżjoni supplementari, u b'mod partikolari kull skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħra kif hemm provdut f'din id-Direttiva, għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali u l-komunikazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali preskritta fir-regoli settorali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|