+Artikolu 12 1.

Artikolu 12 1.

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' entitajiet regolati f'konglomerat finanzjarju u l-awtorità kompetenti maħtura bħala kordinatur għal dak il-konglomerat finanzjarju għandhom jikkoperaw fil-qrib ma' xulxin. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif definiti taħt ir-regoli settorali, dawn l-awtoritajiet, sew jekk stabbiliti fl-istess Stat Membru jew le, għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni li hija essenzjali jew relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji ta' l-awtoritajiet l-oħra skond ir-regoli settorali u din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti u l-kordinatur għandhom jikkomunikaw fuq talba l-informazzjoni kollha relevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali.

Din il-koperazzjoni għandha ta' l-anqas tipprovdi għall-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-partiti li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-istruttura legali tal-grupp u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva, inklużi l-entitajiet regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha li jappartjenu għall-konglomerat finanzjarju, id-detenturi ta’ holdings kwantifikanti fil-livell prinċipali aħħari, kif ukoll fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp;

(b) 

il-politika strateġika tal-konglomerat finanzjarju;

(ċ) 

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-konglomerat finanzjarju, b'mod partikolari dwar l-adegwatezza ta' kapital, transazzjonijiet bejn il-grupp, konċentrazzjoni ta' riskju u profitabilità;

(d) 

id-detenturi prinċipali ta' l-ishma tal-konglomerat finanzjarju u l-amministrazzjoni;

(e) 

l-organizzazzjoni, l-immaniġġar tar-riskju u s-sistemi interni ta' kontroll fil-livell ta' konglomerat finanzjarju;

(f) 

proċeduri għal ġbir ta' informazzjoni mill-entitajiet f'konglomerat finanzjarju, u l-verifikazzjoni ta' dik l-informazzjoni;

(g) 

żviluppi kuntrarji f'entitajiet regolati jew f'entitajiet oħra ta' konglomerat finanzjarju li jistgħu jaffettwaw serjament l-entitajiet regolati;

(g) 

sanzjonijiet prinċipali u miżuri eċċezzjonali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skond ir-regoli settorali jew din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jiskambjaw mal-awtoritajiet li ġejjin dik l-informazzjoni hekk kif tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom, fir-rigward ta’ entitajiet regolati fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-regoli settorjali: il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ( 20 ).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.