+Artikolu 21c Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 21c 1.
---+Artikolu 21c 2.
---+Artikolu 21c 3.
---+Artikolu 21c 4.
---+Artikolu 21c 5.

Artikolu 21c Eżerċizzju tad-delega

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21c 1.
Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 21c 2.
Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mid-9 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegate sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun prorogata b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm ma l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu t-tali proroga mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
Artikolu 21c 3.
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm lid-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Hija tiddekorri mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.
Artikolu 21c 4.
Malli tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 21c 5.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jesprimu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.