|
+Artikolu 23 Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE |
Artikolu 23 Emendi għad-Direttiva 79/267/KEEArtikolu 23 Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE Id-Direttiva 79/267/KE hija emendata kif ġej:
1.
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “L-Artikolu 12a
1.
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra nvoluti għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:
(a)
sussidjarja ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew
(b)
sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew
(ċ)
kontrollata mill-istess persuna sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
2.
L-awtorità kompetenti ta' Stat membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment, għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:
(a)
sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew
(b)
sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew
(ċ)
kontrollata mill-istess persuna, sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità.
3.
L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma' xulxin meta jistmaw l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi nvoluti fl-immaniġġar ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni.”
2.
is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 18(2): “Il-marġini disponibbli ta' solvibilità għandu wkoll jitnaqqas bil-partiti li ġejjin:
(a)
parteċipazzjonijiet li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm, f
—
—
impriżi ta' riassikurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 98/78/KE,
—
kumpanniji ta' assigurazzjoni holding skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,
—
istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KEC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
),
(b)
kull waħda mill-partiti li ġejjin li impriża ta' assigurazzjoni żżomm fir-rigward ta' l-entitajiet definiti fl-(a) li fihom iżżomm parteċipazzjoni:
—
l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,
—
l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE,
—
talbiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.
Fejn ishma f'istituzzjoni oħra ta' kreditu, ditta ta' investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpannija ta' assigurazzjoni holding jkunu temporanjament miżmuma għall-għanijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex tirriorganizza jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista' twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt l-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu. Bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi tagħhom ta' assigurazzjoni japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta' l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju ( *6 ). Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-konteġġi) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta' amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta' l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b'mod kosnsitenti matul perjodu ta' żmien. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġini ta' solvibilità kif hemm provdut f'din id-Direttiva, impriżi ta' assigurazzjoni suġġetti għal superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 98/78/KE jew superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 2002/87/KE, ma jkollhomx il-ħtieġa li jnaqqsu l-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li huma miżmuma f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpanniji ta' assigurazzjoni holding li huma nklużi fis-superviżjoni supplementari. Għall-għanijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|