+IL-KAPITOLU IV EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI
---+Artikolu 23 Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE
---+Artikolu 25 Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE
---+Artikolu 26 Emendi għad-Direttiva 93/6/KEE
---+Artikolu 27 Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE
---+Artikolu 29 Emendi għad-Direttiva 2000/12/KE
|
IL-KAPITOLU IV EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI
IL-KAPITOLU IV EMENDI GĦAD-DIRETTIVI EŻISTENTI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE
|
Artikolu 23
Emendi għad-Direttiva 79/267/KEE
Id-Direttiva 79/267/KE hija emendata kif ġej:
1.
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:
“L-Artikolu 12a
1.
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra nvoluti għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:
(a)
sussidjarja ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew
(b)
sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat membru ieħor; jew
(ċ)
kontrollata mill-istess persuna sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
2.
L-awtorità kompetenti ta' Stat membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew ditti ta' investiment, għandhom ikunu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, li tkun:
(a)
sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew
(b)
sussidjarja ta' impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità; jew
(ċ)
kontrollata mill-istess persuna, sew naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzata fil-Komunità.
3.
L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma' xulxin meta jistmaw l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi nvoluti fl-immaniġġar ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni.”
2.
is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 18(2):
“Il-marġini disponibbli ta' solvibilità għandu wkoll jitnaqqas bil-partiti li ġejjin:
(a)
parteċipazzjonijiet li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm, f
—
impriżi ta' assigurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE (
*1
), jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
),
—
impriżi ta' riassikurazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva 98/78/KE,
—
kumpanniji ta' assigurazzjoni holding skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE,
—
istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1) u (5) tad-Direttiva 2000/12/KEC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
),
—
ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE (
*4
) u l-Artikoli 2(4) u 2(7) tad-Direttiva 93/6/KEE (
*5
);
(b)
kull waħda mill-partiti li ġejjin li impriża ta' assigurazzjoni żżomm fir-rigward ta' l-entitajiet definiti fl-(a) li fihom iżżomm parteċipazzjoni:
—
l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3,
—
l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE,
—
talbiet subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2000/12/KE.
Fejn ishma f'istituzzjoni oħra ta' kreditu, ditta ta' investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpannija ta' assigurazzjoni holding jkunu temporanjament miżmuma għall-għanijiet ta' operazzjoni ta' assistenza finanzjarja maħsuba biex tirriorganizza jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista' twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija taħt l-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu.
Bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li l-impriża ta' assigurazzjoni żżomm f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment u istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-impriżi tagħhom ta' assigurazzjoni japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta' l-Anness I li jinsab mad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju (
*6
). Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-konteġġi) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta' amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta' l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b'mod kosnsitenti matul perjodu ta' żmien.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, għall-kalkolu tal-marġini ta' solvibilità kif hemm provdut f'din id-Direttiva, impriżi ta' assigurazzjoni suġġetti għal superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 98/78/KE jew superviżjoni supplementari skond id-Direttiva 2002/87/KE, ma jkollhomx il-ħtieġa li jnaqqsu l-partiti msemmija fl-(a) u l-(b) tat-tielet subparagrafu li huma miżmuma f'istituzzjonijiet ta' kreditu, ditti ta' investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' assigurazzjoni jew riassikurazzjoni jew kumpanniji ta' assigurazzjoni holding li huma nklużi fis-superviżjoni supplementari.
Għall-għanijiet tat-tnaqqis tal-parteċipazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, parteċipazzjoni għandha tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 98/78/KE.
|
|
Artikolu 25 Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE
|
Artikolu 25
Emendi għad-Direttiva 92/96/KEE
Id-Direttiva 92/96/KEE hija emendata kif ġej:
1.
il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 14:
“1a.
Jekk dak li jakkwista ż-żammiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikun impriża ta' assigurazzjoni, istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment awtorizzat fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' dik l-entità, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla dik l-entità, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm sehem issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12a tad-Direttiva 79/267/KEE.”
2.
L-Artikolu 15(5ċ) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“5ċ.
Dan l-Artikolu m'għandux jipprevjeni awtorità kompetenti milli tittrasmetti
—
lill-banek ċentrali jew korpi oħra b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet monetarji,
—
fejn xieraq lil awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta' pagamenti,
informazzjoni maħsuba għat-twettieq tal-kompiti tagħhom, lanqas m'għandha timpedixxi lil dawk l-awtoritajiet jew korpi milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni hekk kif jista' jkun meħtieġ għall-għanijiet tal-paragrafu 4. Informazzjoni riċevuta f'dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet ta' segretezza professjonali imposta b'dan l-Artikolu.”
|
|
Artikolu 26 Emendi għad-Direttiva 93/6/KEE
|
Artikolu 26
Emendi għad-Direttiva 93/6/KEE
Fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 93/6/KEE l-ewwel u t-tieni inċiżi għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
—
“—
‘kumpannija finanzjarja li tamministra’ għandha tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha huma jew esklussivament jew prinċipalment ditti ta' investiment jew istituzzjonijiet oħra finanzjarji, li ta' l-anqas waħda minnhom hija ditta ta' investiment, u li mhix kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju (
*7
),
—
—
‘kumpannija b'attività mħallta li tamministra’ għandha tfisser impriża prinċipali, barra minn kumpannija holding finanzjarja jew ditta ta' l-investiment jew kumpannija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha ta' l-anqas jinkludu ditta ta' investiment.
|
|
Artikolu 27 Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE
|
Artikolu 27
Emendi għad-Direttiva 93/22/KEE
Id-Direttiva 93/22/KEE hija emendata kif ġej:
1.
fl-Artikolu 6 il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:
“L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew impriżi ta' assigurazzjoni, għandhom jiġu konsultati qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lil ditta ta' investiment li tkun:
(a)
sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew
(b)
sussidjarja ta' l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità; jew
(ċ)
kontrollata mill-istess persuna, sew jekk naturali jew ġuridika, li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fil-Komunità.
L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom b'mod partikolari jikkonsultaw ma'xulxin meta jagħmlu stima ta' l-adattabilita' tad-detenturi ta' l-ishma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta' entità oħra ta' l-istess grupp. Għandhom jinfurmaw lil xulxin b'kull informazzjoni li tirrigwarda l-adattabilità tad-detenturi ta' l-isthma u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta' relevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra nvoluti fl-għoti ta' awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' operazzjoni.”
2.
L-Artikolu 9(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“2.
Jekk dak li jakkwista l-kontroll imsemmi fl-ewwel paragrafu jkun ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew l-impriża prinċipali ta' ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla ditta ta' investiment, istituzzjoni ta' kreditu jew impriża ta' assigurazzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-impriża li fiha dak li jakkwista jipproponi li jakkwista kontroll issir is-sussidjarja ta' dak li jakkwista jew tiġi taħt il-kontroll tiegħu, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel kif hemm provdut fl-Artikolu 6.”
|
|
Artikolu 29 Emendi għad-Direttiva 2000/12/KE
|
Artikolu 29
Emendi għad-Direttiva 2000/12/KE
Id-Direttiva 2000/12/KE hija emendata kif ġej:
▼M2 —————
▼B
3.
L-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“2.
Jekk dak li jakkwista l-azjendi msemmija fil-paragrafu 1 tkun istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni jew ditta ta' investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta' dak l-akkwist, l-istituzzjoni li fiha dak li jakkwista jipproponi li jżomm kontroll kienet issir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta' dak li jakkwista, l-istima ta' l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 12.”
▼M2 —————
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0087
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|