|
+Artikolu 30 Kumpanniji ta' imaniġġar ta' assi |
Artikolu 30 Kumpanniji ta' imaniġġar ta' assiArtikolu 30 Kumpanniji ta' imaniġġar ta' assi Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni ta’ kumpanniji li jimmaniġġaw assi:
(a)
fl-ambitu ta ‘superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, jew fl-ambitu tas-superviżjoni supplementari ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni;
(b)
fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fl-ambitu ta’ superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, u
(c)
fil-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 3(2). Għall-applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skond liema regoli settorali (settur bankarju, settur ta' assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta' investiment) li kumpanniji ta' immaniġġar ta' assi għandhom jiġu nklużi fis-superviżjoni konsolidata u jew supplementari msemmija fl-(a) ta' l-ewwel paragrafu. Għall-għanijiet ta' din id-dispożizzjoni, ir-regoli settorali relevanti li jirrigwardaw il-forma u l-limitu ta' l-inklużjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni konsolidata ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment) u impriżi ta' riassikurazzjoni (fejn kumpanniji li jimmaniġġaw assi huma nklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' superviżjoni supplementari ta' impriżi ta' assigurazzjoni) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Għall-għanijiet ta' superviżjoni supplementari msemmija fil-(b) ta' l-ewwel paragrafu, il-kumpannija li timmaniġġa assi għandha tiġi ttrattata bħala parti ta' skond liema settur tiġi nkluża fih bis-saħħa ta' (a) ta' l-ewwel paragrafu. Fejn kumpannija li timmaniġġa assi tkun parti minn konglomerat finanzjarju, kull referenza għall-idea ta' entità regolata u kell referenza għall-idea ta' awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet relevanti kompetenti għandha għalhekk, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, tiftiehem bħalali tinkludi, rispettivament, kumpanniji li jimmaniġġaw assi u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta' kumpanniji li jimmaniġġaw assi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta' gruppi msemmija fl-(a) ta' l-ewwel paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|