+Artikolu 4 In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 In-nomina u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) 2019/2033. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-ESMA dwar din id-deżinjazzjoni, u fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda, dwar il-funzjonijiet u d-dmirijiet ta' kull awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment, u, fejn applikabbli, ta' kumpaniji holding ta' investiment u ta' kumpaniji holding finanzjarji mħallta, biex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-[Regolament (UE) 2019/2033.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji kollha, inkluż is-setgħa li jwettqu verifiki fuq il-post f'konformità mal-Artikolu 14, biex jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex jivvalutaw il-konformità tad-ditti tal-investiment u, fejn applikabbli, tal-kumpaniji holding ta' investiment u tal-kumpaniji holding finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) 2019/2033, u biex jinvestigaw ksur possibbli ta' dawk ir-rekwiżiti.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-ħila esperta, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat kollha u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali, l-investigazzjoni u s-sanzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lid-ditti tal-investiment jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-valutazzjoni tal-konformità tad-ditti tal-investiment mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din di-Direttiva u l-konformità mar-[Regolament (UE) 2019/2033. Il-mekkaniżmi ta' kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tad-ditti tal-investiment għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità tagħhom ma' dawk id-dispożizzjonijieti f'kull ħin.
|
|
Artikolu 4 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jirreġistraw it-transazzjonijiet tagħhom kollha u jiddokumentaw is-sistemi u l-proċessi, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-[Regolament (UE) 2019/2033 b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jevalwaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u l-konformità mar-[Regolament (UE) 2019/2033 f'kull ħin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|