+Artikolu 28 Rwol tal-korp maniġerjali fil-ġestjoni tar-riskju
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Rwol tal-korp maniġerjali fil-ġestjoni tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment japprova u perjodikament jeżamina l-istrateġija u l-politiki dwar il-predispożizzjoni għar-riskju tad-ditta tal-investiment, u dwar il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji li d-ditta tal-investiment hija esposta għalihom jew tista' tkun esposta għalihom, filwaqt li jittieħed kont tal-ambjent makroekonomiku u taċ-ċiklu kummerċjali tad-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jiddedika biżżejjed żmien għall-iżgurar ta' konsiderazzjoni adatta tal-materji msemmija fil-paragrafu 1 u li dan jalloka riżorsi adegwati għall-ġestjoni tar-riskji materjali kollha li għalihom hi esposta d-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 28 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu linji ta' rapportar lill-korp maniġerjali għal kull riskju materjali u għal kull politika ta' ġestjoni tar-riskju u kwalunkwe tibdil għalihom.
|
|
Artikolu 28 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li d-ditti kollha ta' investiment li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 32(4) li jistabbilixxu kumitat tar-riskju kompost minn membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu ebda funzjoni eżekuttiva fid-ditta tal-investiment ikkonċernata. Il-membri tal-kumitat tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom għarfien, ħiliet u għarfien espert adatti biex jifhmu, jimmaniġġjaw u jimmonitorjaw bis-sħiħ l-istrateġija tar-riskju u l-predispożizzjoni għar-riskju tad-ditta tal-investiment. Huma għandhom jiżguraw li l-kumitat tar-riskju jagħti pariri lill-korp maniġerjali dwar il-predispożizzjoni għar-riskju u l-istrateġija tar-riskju ġenerali attwali u futura tad-ditta tal-investiment u jassisti lill-korp maniġerjali fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija mill-maniġment superjuri. Il-korp maniġerjali għandu jibqa' dak kumplessivament responsabbli għall-istrateġiji u l-politiki tar-riskju tad-ditta tal-investiment.
|
|
Artikolu 28 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu u l-kumitat tar-riskju ta' dak il-korp maniġerjali, fejn ikun ġie stabbilit kumitat tar-riskju, ikollhom aċċess għal informazzjoni dwar ir-riskji li għalihom hi skoperta jew tista' tkun skoperta d-ditta tal-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|