+Artikolu 30 1.

Artikolu 30 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-ditti tal-investiment, meta jistabbilixxu u japplikaw il-politiki ta' remunerazzjoni tagħhom għal kategoriji ta' persunal, inkluż il-maniġment superjuri, dawk li jieħu r-riskju, il-persunal attiv f'funzjonijiet ta' kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni ġenerali li tkun mill-inqas daqs l-anqas remunerazzjoni riċevuta mill-maniġment superjuri jew minn dawk li jieħu r-riskju, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment jew tal-assi li tiġġestixxi, jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-politika tar-remunerazzjoni hija dokumentata b'mod ċar u proporzjonata mad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, kif ukoll l-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tad-ditta tal-investiment;

(b) 

il-politika tar-remunerazzjoni hija politika ta' remunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi;

(c) 

il-politika tar-remunerazzjoni hija konsistenti ma' mmaniġġjar solidu u effettiv tar-riskju u tippromwovih;

(d) 

il-politika tar-remunerazzjoni hija konformi mal-istrateġija tan-negozju u l-objettivi tad-ditta tal-investiment, u tieħu kont ukoll tal-effetti fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment meħuda;

(e) 

il-politika tar-remunerazzjoni fiha miżuri għall-evitar ta' kunflitti ta' interess, tħeġġeġ imġiba kummerċjali responsabbli u tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju u t-teħid ta' riskji prudenti;

(f) 

il-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment fil-funzjoni superviżorja tiegħu jadotta u perjodikament jeżamina l-politika tar-remunerazzjoni u jkollu responsabbiltà kumplessiva li jissorvelja l-implimentazzjoni tagħha;

(g) 

l-implimentazzjoni tal-politika tar-remunerazzjoni, tal-inqas kull sena, hija soġġetta għal eżami intern ċentrali u indipendenti mill-funzjonijiet ta' kontroll;

(h) 

il-persunal involut fil-funzjonijiet ta' kontroll ikun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jissorveljaw, ikollu awtorità adatta, u jingħata remunerazzjoni f'konformità mal-kisba tal-objettivi marbuta mal-funzjonijiet tiegħu, irrispettivament mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;

(i) 

ir-remunerazzjoni ta' uffiċjali għolja fil-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji u l-konformità tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-remunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 33 jew, fejn ma jkunx ġie stabbilit tali kumitat, mill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu;

(j) 

il-politika tar-remunerazzjoni, filwaqt li tieħu kont tar-regoli nazzjonali dwar l-iffissar tal-pagi, tagħmel distinzjoni ċara bejn il-kriterji applikati għad-determinazzjoni ta' dan li ġej:

(i) 

ir-remunerazzjoni bażika fissa, li primarjament tirrifletti l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabbiltà fl-organizzazzjoni kif stipulati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat bħala parti mit-termini tal-impjieg tiegħu;

(ii) 

ir-remunerazzjoni varjabbli, li tirrifletti prestazzjoni sostenibbli u aġġustata għar-riskju tal-impjegat, kif ukoll prestazzjoni li tmur lil hinn mid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-impjegat;

(k) 

il-komponent fiss jirrappreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali biex tkun tista' titħaddem politika kompletament flessibbli fuq komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni, inkluż il-possibbiltà li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.