|
+Artikolu 31 Ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju |
Artikolu 31 Ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarjuArtikolu 31 Ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ditta tal-investiment tibbenefika minn appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju kif definit fil-punt (28) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE:
(a)
dik id-ditta tal-investiment ma tħallasx remunerazzjoni varjabbli lil membri tal-korp maniġerjali;
(b)
fejn ir-remunerazzjoni varjabbli mħallsa lil persunal ieħor minbarra l-membri tal-korp maniġerjali tkun inkonsistenti maż-żamma ta' bażi kapitali soda ta' ditta tal-investiment u tal-ħruġ puntwali tagħha mill-appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju, ir-remunerazzjoni varjabbli għandha tkun limitata għal sehem mid-dħul nett. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|