|
+Artikolu 35 Rapport tal-ABE dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza |
Artikolu 35 Rapport tal-ABE dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanzaArtikolu 35 Rapport tal-ABE dwar ir-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza L-ABE għandha tħejji rapport dwar l-introduzzjoni ta' kriterji tekniċi relatati ma' skoperturi għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali, soċjali, u ta' governanza (ESG) għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni, bil-ħsieb li jiġu vvalutati s-sorsi u l-effetti possibbli tar-riskji fuq id-ditti tal-investiment, filwaqt li jittieħed kont tal-atti legali applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tat-tassonomija tal-ESG. Ir-rapport tal-ABE msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkopri minn tal-anqas dan li ġej:
(a)
definizzjoni ta' riskji tal-ESG, inkluż riskji fiżiċi, u riskji tat-transizzjoni relatati mat-transizzjoni għal ekonomija aktar sostenibbli; u inkluż fir-rigward ta’ riskji tat-transizzjoni, riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidla regolatorja, kriterji kwalitattivi u kwantitattivi u metriċi rilevanti għall-valutazzjoni ta' tali riskji, kif ukoll il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-possibilita’ jekk tali riskji jirriżultawx fuq terminu qasir, medju jew twil u l-possibilità li tali riskji jkollhom impatt finanzjarju materjali fuq ditta tal-investiment;
(b)
valutazzjoni tal-possibilità jekk konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' assi speċifiċi jistgħux iżidu r-riskji tal-ESG, inkluż ir-riskji fiżiċi, jew riskji tat-transizzjoni għal ditta tal-investiment;
(c)
deskrizzjoni tal-proċessi li permezz tagħha ditta tal-investiment tista' tidentifika, tivvaluta u tiġġestixxi r-riskji tal-ESG, iinklużi r-riskji fiżiċi u r-riskji tat-transizzjoni;
(d)
il-kriterji, il-parametri u l-metriċi li permezz tagħhom is-superviżuri u d-ditti tal-investiment jistgħu jivvalutaw l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq żmien qasir, medju u twil għall-finijiet tar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni. L-ABE għandha tippreżenta r-rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Diċembru 2021. Abbażi ta' dak ir-rapport, l-ABE tista', jekk adatt, tadotta linji gwida biex tintroduċi kriterji relatati ma' riskji tal-ESG għar-rieżami superviżorju u l-proċess ta' evalwazzjoni li jieħdu kont tas-sejbiet tar-rapport tal-ABE msemmi f'dan l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|