+Artikolu 48 Kulleġġi ta' superviżuri
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.
|
Artikolu 48 Kulleġġi ta' superviżuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp stabbilit skont l-Artikolu 46 ta' din id-Direttiva, jista', jekk adatt, jistabbilixxi kulleġġi ta' superviżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti msemmijin f'dan l-Artikolu u biex jiżguraw l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' awtoritajiet superviżorji rilevanti ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari meta dan ikun meħtieġ għall-fini li jiġu applikati l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE)2019/2033 għall-iskambju u l-aġġornament ta' informazzjoni rilevanti rigward il-mudell ta' marġni mal-awtoritajiet superviżorji tal-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti.
|
|
Artikolu 48 2.
|
Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur tal-grupp, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:
(a)
il-kompiti msemmija fl-Artikolu 47;
(b)
il-koordinazzjoni ta' talbiet għall-informazzjoni fejn din tkun meħtieġa biex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni fuq bażi konsolidata, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE)2019/2033;
(c)
il-koordinazzjoni ta' talbiet għall-informazzjoni, f'każijiet meta diversi awtoritajiet kompetenti ta' ditti tal-investiment li jagħmlu parti mill-istess grupp ikollhom bżonn jitolbu jew mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju ta' membru tal-ikklirjar jew mill-awtorità kompetenti tal-QCCP informazzjoni marbuta mal-mudell u l-parametri ta' marġni użati biex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' marġni tad-ditti tal-investiment rilevanti;
(d)
l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti kollha u mal-ABE f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u mal-ESMA, f'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;
(e)
l-ilħuq ta' ftehim dwar id-delega volontarja bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' kompiti u responsabbiltajiet, fejn adatt;
(f)
iż-żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni billi jitfittex li tiġi evitata d-duplikazzjoni inutli ta' rekwiżiti superviżorji.
|
|
Artikolu 48 3.
|
Fejn adatt, jistgħu wkoll jiġu stabbiliti kulleġġi tas-superviżuri meta s-sussidjarji ta' grupp ta' ditti tal-investiment immexxi minn ditta tal-investiment tal-Unjoni, minn kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni jkunu jinsabu f'pajjiż terz.
|
|
Artikolu 48 4.
|
F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE għandha tieħu sehem fil-laqgħat tal-kulleġġi tas-superviżuri.
|
|
Artikolu 48 5.
|
L-awtoritajiet li ġejjin għandhom ikunu membri fil-kulleġġ tas-superviżuri:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta' grupp ta' ditti tal-investiment immexxi minn ditta tal-investiment tal-Unjoni, minn kumpanija holding ta' investiment prinċipali tal-Unjoni jew minn kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni;
(b)
fejn adatt, l-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, soġġetti għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li huma ekwivalenti fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 48 6.
|
Is-superviżur tal-grupp iddeterminat skont l-Artikolu 46 għandu jippresiedi l-laqgħat tal-kulleġġ tas-superviżuri u jadotta deċiżjonijiet. Dak is-superviżur tal-grupp għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri informati bis-sħiħ bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni ta' dawk il-laqgħat, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. Is-superviżur tal-grupp għandu wkoll iżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ tas-superviżuri infurmati bis-sħiħ, u mingħajr dewmien, dwar id-deċiżjonijiet adottati f'dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri mwettqin. Is-superviżur tal-grupp għandu jqis ir-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tiġi ppjanata jew ikkoordinata mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 meta jadotta deċiżjonijiet. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jiġu formalizzati permezz ta' 'arranġamenti bil-miktub.
|
|
Artikolu 48 7.
|
Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil ma' deċiżjoni adottata mis-superviżur tal-grupp dwar il-funzjonament tal-kulleġġi ta' superviżuri, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tal-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-funzjonament tal-kulleġġi ta' superviżuri skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 48 8.
|
F'konsultazzjoni mal-ESMA, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika l-kondizzjonijiet li fihom il-kulleġġi tas-superviżuri jeżerċitaw il-kompiti tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... tat-26 ta' Ġunju 2021. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2034
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|