|
+Artikolu 1 5. |
Artikolu 1 5.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata skont id-Direttiva 2014/65/UE li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II, l-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
id-ditta tal-investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament u lis-superviżur konsolidanti, jekk applikabbli;
(c)
l-awtorità' kompetenti hija sodisfatta li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali għad-ditta tal-investiment u fuq bażi konsolidata għall-grupp, kif applikabbli, hija prudenzjalment soda, ma tirriżultax fi tnaqqis tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tad-ditta tal-investiment skont dan ir-Regolament, u mhijiex imwettqa għall-iskop ta' arbitraġġ regolatorju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lid-ditta tal-investiment dwar deċiżjoni biex tippermetti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahrejn minn meta jirċievu notifika msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar dan. Meta awtorità kompetenti tirrifjuta li tippermetti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, hija għandha tipprovdi raġunijiet kompluti. Id-ditti tal-investiment imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu ssorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż għall-finijiet tal-istabbiliment tas-superviżur ta' konsolidazzjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu jappartjenu lil grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|