+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali uniformi li japplikaw għal ditti tal-investiment li huma awtorizzati u taħt superviżjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE u taħt superviżjoni għall-konformità ma' rekwiżiti prudenzjali skont id-Direttiva (UE) 2019/2034 fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a) 

rekwiżiti tal-fondi proprji relatati ma' elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju għad-ditta, tar-riskju għall-klijenti u tar-riskju għas-suq;

(b) 

rekwiżiti li jillimitaw ir-riskju tal-konċentrazzjoni;

(c) 

rekwiżiti tal-likwidità relatati ma' elementi kwantifikabbli, uniformi u standardizzati tar-riskju tal-likwidità;

(d) 

rekwiżiti ta' rapportar relatati mal-punti (a), (b) u (c);

(e) 

rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

Artikolu 1 2.

B'deroga mill-paragrafu 1, ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata skont id-Direttiva 2014/65/UE, li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, għandha tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fejn l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni, u japplikaw kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejiin:

(a) 

il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 15-il biljun, ikkalkolat bħala medja tat-12-il xahar preċedenti jeskludi l-valur tal-assi individwali ta' kwalunkwe sussidjarja stabbilita barra mill-Unjoni li twettaq xi waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;

(b) 

il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun anqas minn EUR 15-il biljun, u d-ditta tal-investiment tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assikonsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jkollhom individwalment assi totali ta' anqas minn EUR 15-il biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 15-il biljun, kollha kemm huma ikkalkolati bħala medja tat-12-il xahar preċedenti, eskluż il-valur tal-assi individwali ta' kwalunkwe sussidjarja stabbilita barra mill-Unjoni li twettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija f'dan is-subparagrafu; jew

(c) 

id-ditta tal-investiment hija soġġetta għal deċiżjoni mill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

Id-ditti tal-investiment imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu ssorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż għall-finijiet tal-istabbiliment tas-superviżur ta' konsolidazzjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu jappartjenu lil grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 1 3.
Id-deroga prevista fil-paragrafu 2 ma japplikax meta ditta tal-investiment ma tissodisfax aktar xi limitu massimu stabbilit f'dak il-paragrafu, ikkalkolat fuq perijodu ta' 12-il xahar konsekuttivi jew meta awtorità kompetenti tiddeċiedi dan f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/2034. Id-ditta tal-investiment għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe ksur ta' livell limitu matul dak il-perijodu.
Artikolu 1 4.
Id-ditti tal-investiment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandha tibqa' soġġetta għar-rekwiżiti tal-Artikoli 55 u 59.
Artikolu 1 5.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu ditta tal-investiment awtorizzata u ssorveljata skont id-Direttiva 2014/65/UE li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II, l-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

id-ditta tal-investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti skont dan ir-Regolament u lis-superviżur konsolidanti, jekk applikabbli;

(c) 

l-awtorità' kompetenti hija sodisfatta li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali għad-ditta tal-investiment u fuq bażi konsolidata għall-grupp, kif applikabbli, hija prudenzjalment soda, ma tirriżultax fi tnaqqis tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tad-ditta tal-investiment skont dan ir-Regolament, u mhijiex imwettqa għall-iskop ta' arbitraġġ regolatorju.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lid-ditta tal-investiment dwar deċiżjoni biex tippermetti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE skont l-ewwel subparagrafu fi żmien xahrejn minn meta jirċievu notifika msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar dan. Meta awtorità kompetenti tirrifjuta li tippermetti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE, hija għandha tipprovdi raġunijiet kompluti.

Id-ditti tal-investiment imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu ssorveljati għall-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali skont it-Titoli VII u VIII tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż għall-finijiet tal-istabbiliment tas-superviżur ta' konsolidazzjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu jappartjenu lil grupp ta' ditti tal-investiment kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.