+Artikolu 4 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
|
Artikolu 4 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew f'li tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta' proċessar ta' data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' ditta tal-investiment waħda jew aktar;
(2)
“kumpannija tal-ġestjoni tal-assi” tfisser kumpannija tal-ġestjoni tal-assi kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(3)
“membru tal-ikklerjar” tfisser impriża stabbilita fi Stat Membru li tissodisfa d-definizzjoni fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(4)
“klijent” tfisser klijent kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief li, għall-fini tal-Parti Erbgħa ta’ dan ir-Regolament, “klijent” tfisser kwalunkwe kontroparti tad-ditta tal-investiment;
(5)
“negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet kif definiti fil-punt (150) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(6)
“derivati ta' komoditajiet” tfisser derivati ta' komoditajiet kif definiti fil-punt (30) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(7)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.;
(8)
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(9)
“negozjar akkont tagħhom infushom” tfisser negozjar fl-istess isem kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(10)
“derivati” tfisser derivati kif definiti fil-punt (29) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(11)
“sitwazzjoni konsolidata ” tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 7 għal ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpannija holding ta' investiment prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni daqs li kieku dik l-impriża, flimkien mad-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi anċillari tas-servizzi u l-aġenti marbuta kollha fil-grupp tad-ditta tal-investiment kienu jiffurmaw ditta tal-investiment unika; għall-fini ta' din id-definizzjoni, it-termini “ditta tal-investiment”, “istituzzjoni finanzjarja”, “impriża anċillari tas-servizzi” u “aġent marbut” għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, jissodisfaw id-definizzjonijiet ta' dawk it-termini;
(12)
“bażi konsolidata” tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata;
(13)
“eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti” tfisser l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(14)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment, u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha hija l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet jew li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12) u fil-punt (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, kumpannija holding ta' investiment, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), u kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpaniji holding tal-assigurazzjoni u kumpaniji holding tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
);
(15)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(16)
“kumpannija holding finanzjarja” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(17)
“entità tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(18)
“kapital inizjali” tfisser kapital inizjali kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
(19)
“grupp ta' klijenti konnessi” tfisser grupp ta' klijenti konnessi kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(20)
“parir dwar l-investiment” tfisser parir dwar investiment kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(21)
“parir dwar l-investiment ta' natura kontinwa” tfisser il-forniment rikorrenti ta' parir dwar l-investiment kif ukoll il-valutazzjoni u l-monitoraġġ jew l-eżami mill-ġdid kontinwi jew perjodiċi ta' portafoll ta' klijent ta' strumenti finanzjarji, inkluż ta' investimenti mwettqa mill-klijent abbażi ta' arranġament kuntrattwali;
(22)
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(23)
“kumpannija holding ta' investiment” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha huma esklużivament jew prinċipalment ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji, fejn mill-inqas waħda mit-tali sussidjarji hija ditta tal-investiment, u li mhix kumpannija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(24)
“servizzi u attivitajiet ta' investiment” tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(25)
“grupp ta' ditti tal-investiment” tfisser grupp ta' impriżi li jikkonsisti f'impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha jew f'impriżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
), li mill-inqas waħda minnhom hija ditta tal-investiment u li ma jinkludix istituzzjoni ta' kreditu;
(26)
“Fatturi-K” tfisser rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tlieta għal riskji li ditta tal-investiment toħloq għall-klijenti, għas-swieq jew għaliha nnifisha;
(27)
“assi mmaniġġjati”jew“AUM”" tfisser il-valur tal-assi li ditta tal-investiment timmaniġġja għall-klijenti tagħha kemm taħt arranġamenti ta' ġestjoni tal-portafoll diskrezzjonali kif ukoll nondiskrezzjonali li jikkostitwixxu parir ta' investiment ta' natura kontinwa;
(28)
'flus tal-klijenti miżmuma' jew “CMH”tfisser l-ammont ta' flus tal-klijenti li ditta tal-investiment iżżomm, b'kont meħud tal-arranġamenti legali fir-rigward tas-segregazzjoni tal-assi u irrispettivament mir-reġim kontabilistiku nazzjonali applikabbli għall-flus tal-klijenti miżmuma mid-ditta tal-investiment;
(29)
“assi salvagwardjati u amministrati ”jew“ASA”tfisser il-valur tal-assi li ditta tal-investiment tissalvagwardja u tamministra għall-klijenti, irrispettivament minn jekk l-assi jidhrux fil-karta tal-bilanċ tad-ditta tal-investiment jew humiex segregati f'kontijiet oħra;
(30)
ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati " jew “ COH” tfisser il-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti, permezz tar-riċevuta u t-trażmissjoni ta' ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;
(31)
“riskju tal-konċentrazzjoni” jew “ CON” tfisser l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-limiti fl-Artikolu 37(1);
(32)
marġni tal-ikklerjar mogħti" jew “ CMG” tfisser l-ammont tal-marġni totali rikjest minn membru tal-ikklerjar jew minn kontroparti ċentrali li tikkwalifika, fejn l-eżekuzzjoni u s-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ditta tal-investiment li tinnegozja akkont tagħha nfisha jseħħu taħt ir-responsabbiltà ta' membru tal-ikklerjar jew ta' kontroparti ċentrali li tikkwalifika;
(33)
“fluss tan-negozjar ta' kuljum” jew “ DTF”tfisser il-valur ta' kuljum tat-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment iddaħħal permezz tan-negozjar akkont tagħha nfisha jew bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti f'isimha stess, eskluż il-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti billi tirċievi u tittrasmetti ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti li diġà huma meqjusa fl-ambitu tal-ordinijiet tal-klijenti mmaniġġati;
(34)
riskju ta' pożizzjoni netta " jew “ NPR” tfisser il-valur tat-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment;
(35)
inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar “jew ” TCD" tfisser l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment fi strumenti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 li jwasslu għar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar;
(36)
“valur tas-suq attwali” jew “CMV” tfisser il-valur tas-suq nett tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet jew komponenti tat-titoli soġġetti għal netting f'konformità mal-Artikolu 31, fejn kemm valuri tas-suq pożittivi kif ukoll negattivi jintużaw fil-kalkolu tas-CMV;
(37)
“tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul” tfisser tranżazzjonijiet b'saldu twil kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(38)
“tranżazzjoni ta' self b'marġini” tfisser tranżazzjonijiet ta' self b'marġini kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
);
(39)
“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(40)
“kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
);
(41)
“entrata ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ” tfisser kwalunkwe wieħed mill-elementi msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(42)
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira fil-punt (9) tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;
(43)
“parteċipazzjoni” tfisser holding kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(44)
“profitt” tfisser profitt kif definit fil-punt (121) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(45)
“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew “QCCP” tfisser kontroparti ċentrali li tikkwalifika kif definita fil-punt (88) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(46)
“ġestjoni tal-portafoll” tfisser ġestjoni tal-portafolli kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(47)
“holding kwalifikattiva” tfisser holding kwalifikattiva kif definita fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(48)
“transazzjoni ta' finanzjament tat-titoli” jew “SFT” tfisser SFT kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/;
(49)
“kontijiet segregati”, għall-finijiet tat-Tabella 1 fl-Artikolu 15(2), tfisser kontijiet ma' entitajiet fejn il-flus tal-klijenti miżmuma minn ditta tal-investiment ikunu depożitati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 (
7
) u, fejn applikabbli, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi li, fil-każ ta' insolvenza jew dħul f'riżoluzzjoni jew amministrazzjoni tad-ditta tal-investiment, il-flus tal-klijenti ma jistgħux jintużaw biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet fir-rigward tad-ditta tal-investiment minbarra pretensjonijiet mill-klijent;
(50)
“tranżazzjoni ta' riakkwist” tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365;
(51)
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-punt (10) tal-Artikolu 2 u fit-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, inkluża kwalunkwe sussidjarja ta' impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali aħħarija;
(52)
“aġent marbut” tfisser aġent marbut kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(53)
“dħul gross totali” tfisser l-introjtu operatorju annwali ta' ditta tal-investiment, b'rabta mas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment tad-ditta tal-investiment li hi awtorizzata twettaq, inkluż introjtu li jirriżulta minn imgħax riċevibbli, minn ishma u minn titoli oħra kemm jekk b'rendita fissa jew varjabbli, minn kummissjoni u tariffi, kwalunkwe gwadann u telf li d-ditti tal-investiment iġarrbu fl-assi ta' negozjar tagħhom, fl-assi miżmuma b'valur ġust, jew minn attivitajiet ta' ħħeġġjar, iżda eskluż kwalunkwe introjtu li mhuwiex marbut mas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment imwettqa;
(54)
“portafoll tan-negozjar” tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet f'idejn ditta tal-investiment, jew bil-ħsieb ta' negozju jew sabiex ikunu ħħeġġjati l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozjar;
(55)
“pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozjar” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
pożizzjonijiet proprjetarji u pożizzjonijiet li jirriżultaw minn servizzi għall-klijenti u ġenerazzjoni tas-suq;
(b)
pożizzjonijiet maħsuba li jiġu mibjugħa mill-ġdid fit-terminu qasir;
(c)
pożizzjonijiet maħsuba għal benefiċċju minn differenzi fil-prezz reali jew mistennija f'terminu qasir bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ jew minn varjazzjonijiet oħra fil-prezz jew fir-rata tal-imgħax;
(56)
“ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser ditta tal-investiment fi Stat Membru li tkun parti minn grupp ta' ditta tal-investiment u li jkollha ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li jkollha parteċipazzjoni f'tali ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja, u li fiha nnifisha ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment oħra awtorizzata f'xi Stat Membru, jew ta' kumpannija azzjonarja ta' investiment jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
(57)
“kumpannija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpannija azzjonarja ta' investiment fi Stat Membru li tkun parti minn grupp ta' ditta tal-investiment u li hi stess ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta' kumpannija azzjonarja ta' investiment oħra fi kwalunkwe Stat Membru;
(58)
“kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser impriża prinċipali ta' grupp ta' ditti tal-investiment li hi kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 56 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiċċara d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 biex:
(a)
tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament;
(b)
fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tingħata kunsiderazzjoni għall-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|