|
+Artikolu 4 1. |
Artikolu 4 1.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti f'li jkollha jew f'li tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta' proċessar ta' data, jew attività simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta' ditta tal-investiment waħda jew aktar;
(2)
“kumpannija tal-ġestjoni tal-assi” tfisser kumpannija tal-ġestjoni tal-assi kif definit fil-punt (19) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(3)
“membru tal-ikklerjar” tfisser impriża stabbilita fi Stat Membru li tissodisfa d-definizzjoni fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(4)
“klijent” tfisser klijent kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ħlief li, għall-fini tal-Parti Erbgħa ta’ dan ir-Regolament, “klijent” tfisser kwalunkwe kontroparti tad-ditta tal-investiment;
(5)
“negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet kif definiti fil-punt (150) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(6)
“derivati ta' komoditajiet” tfisser derivati ta' komoditajiet kif definiti fil-punt (30) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(7)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.;
(8)
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(9)
“negozjar akkont tagħhom infushom” tfisser negozjar fl-istess isem kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(10)
“derivati” tfisser derivati kif definiti fil-punt (29) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(11)
“sitwazzjoni konsolidata ” tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 7 għal ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpannija holding ta' investiment prinċipali jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni daqs li kieku dik l-impriża, flimkien mad-ditti tal-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi anċillari tas-servizzi u l-aġenti marbuta kollha fil-grupp tad-ditta tal-investiment kienu jiffurmaw ditta tal-investiment unika; għall-fini ta' din id-definizzjoni, it-termini “ditta tal-investiment”, “istituzzjoni finanzjarja”, “impriża anċillari tas-servizzi” u “aġent marbut” għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, jissodisfaw id-definizzjonijiet ta' dawk it-termini;
(12)
“bażi konsolidata” tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata;
(13)
“eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti” tfisser l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(14)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża oħra għajr istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment, u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha hija l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet jew li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fil-punti (2) sa (12) u fil-punt (15) tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, kumpannija holding ta' investiment, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), u kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpaniji holding tal-assigurazzjoni u kumpaniji holding tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(15)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(16)
“kumpannija holding finanzjarja” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(17)
“entità tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(18)
“kapital inizjali” tfisser kapital inizjali kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
(19)
“grupp ta' klijenti konnessi” tfisser grupp ta' klijenti konnessi kif definit fil-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(20)
“parir dwar l-investiment” tfisser parir dwar investiment kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(21)
“parir dwar l-investiment ta' natura kontinwa” tfisser il-forniment rikorrenti ta' parir dwar l-investiment kif ukoll il-valutazzjoni u l-monitoraġġ jew l-eżami mill-ġdid kontinwi jew perjodiċi ta' portafoll ta' klijent ta' strumenti finanzjarji, inkluż ta' investimenti mwettqa mill-klijent abbażi ta' arranġament kuntrattwali;
(22)
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(23)
“kumpannija holding ta' investiment” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li s-sussidjarji tagħha huma esklużivament jew prinċipalment ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji, fejn mill-inqas waħda mit-tali sussidjarji hija ditta tal-investiment, u li mhix kumpannija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(24)
“servizzi u attivitajiet ta' investiment” tfisser servizzi u attivitajiet ta' investiment kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(25)
“grupp ta' ditti tal-investiment” tfisser grupp ta' impriżi li jikkonsisti f'impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha jew f'impriżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), li mill-inqas waħda minnhom hija ditta tal-investiment u li ma jinkludix istituzzjoni ta' kreditu;
(26)
“Fatturi-K” tfisser rekwiżiti tal-fondi proprji stabbiliti fit-Titolu II tal-Parti Tlieta għal riskji li ditta tal-investiment toħloq għall-klijenti, għas-swieq jew għaliha nnifisha;
(27)
“assi mmaniġġjati”jew“AUM”" tfisser il-valur tal-assi li ditta tal-investiment timmaniġġja għall-klijenti tagħha kemm taħt arranġamenti ta' ġestjoni tal-portafoll diskrezzjonali kif ukoll nondiskrezzjonali li jikkostitwixxu parir ta' investiment ta' natura kontinwa;
(28)
'flus tal-klijenti miżmuma' jew “CMH”tfisser l-ammont ta' flus tal-klijenti li ditta tal-investiment iżżomm, b'kont meħud tal-arranġamenti legali fir-rigward tas-segregazzjoni tal-assi u irrispettivament mir-reġim kontabilistiku nazzjonali applikabbli għall-flus tal-klijenti miżmuma mid-ditta tal-investiment;
(29)
“assi salvagwardjati u amministrati ”jew“ASA”tfisser il-valur tal-assi li ditta tal-investiment tissalvagwardja u tamministra għall-klijenti, irrispettivament minn jekk l-assi jidhrux fil-karta tal-bilanċ tad-ditta tal-investiment jew humiex segregati f'kontijiet oħra;
(30)
ordnijiet tal-klijenti mmaniġġati " jew “ COH” tfisser il-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti, permezz tar-riċevuta u t-trażmissjoni ta' ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti;
(31)
“riskju tal-konċentrazzjoni” jew “ CON” tfisser l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħhom jaqbeż il-limiti fl-Artikolu 37(1);
(32)
marġni tal-ikklerjar mogħti" jew “ CMG” tfisser l-ammont tal-marġni totali rikjest minn membru tal-ikklerjar jew minn kontroparti ċentrali li tikkwalifika, fejn l-eżekuzzjoni u s-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ditta tal-investiment li tinnegozja akkont tagħha nfisha jseħħu taħt ir-responsabbiltà ta' membru tal-ikklerjar jew ta' kontroparti ċentrali li tikkwalifika;
(33)
“fluss tan-negozjar ta' kuljum” jew “ DTF”tfisser il-valur ta' kuljum tat-tranżazzjonijiet li ditta tal-investiment iddaħħal permezz tan-negozjar akkont tagħha nfisha jew bl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti f'isimha stess, eskluż il-valur tal-ordnijiet li ditta tal-investiment timmaniġġa għall-klijenti billi tirċievi u tittrasmetti ordnijiet tal-klijenti u permezz tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet f'isem il-klijenti li diġà huma meqjusa fl-ambitu tal-ordinijiet tal-klijenti mmaniġġati;
(34)
riskju ta' pożizzjoni netta " jew “ NPR” tfisser il-valur tat-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment;
(35)
inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar “jew ” TCD" tfisser l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar ta' ditta tal-investiment fi strumenti u tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25 li jwasslu għar-riskju ta' inadempjenza tal-kontroparti tan-negozjar;
(36)
“valur tas-suq attwali” jew “CMV” tfisser il-valur tas-suq nett tal-portafoll ta' tranżazzjonijiet jew komponenti tat-titoli soġġetti għal netting f'konformità mal-Artikolu 31, fejn kemm valuri tas-suq pożittivi kif ukoll negattivi jintużaw fil-kalkolu tas-CMV;
(37)
“tranżazzjonijiet b'saldu fit-tul” tfisser tranżazzjonijiet b'saldu twil kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 272 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(38)
“tranżazzjoni ta' self b'marġini” tfisser tranżazzjonijiet ta' self b'marġini kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(39)
“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(40)
“kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(41)
“entrata ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ” tfisser kwalunkwe wieħed mill-elementi msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(42)
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira fil-punt (9) tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;
(43)
“parteċipazzjoni” tfisser holding kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(44)
“profitt” tfisser profitt kif definit fil-punt (121) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(45)
“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew “QCCP” tfisser kontroparti ċentrali li tikkwalifika kif definita fil-punt (88) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(46)
“ġestjoni tal-portafoll” tfisser ġestjoni tal-portafolli kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(47)
“holding kwalifikattiva” tfisser holding kwalifikattiva kif definita fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(48)
“transazzjoni ta' finanzjament tat-titoli” jew “SFT” tfisser SFT kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/;
(49)
“kontijiet segregati”, għall-finijiet tat-Tabella 1 fl-Artikolu 15(2), tfisser kontijiet ma' entitajiet fejn il-flus tal-klijenti miżmuma minn ditta tal-investiment ikunu depożitati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593 ( 7 ) u, fejn applikabbli, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi li, fil-każ ta' insolvenza jew dħul f'riżoluzzjoni jew amministrazzjoni tad-ditta tal-investiment, il-flus tal-klijenti ma jistgħux jintużaw biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet fir-rigward tad-ditta tal-investiment minbarra pretensjonijiet mill-klijent;
(50)
“tranżazzjoni ta' riakkwist” tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365;
(51)
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-punt (10) tal-Artikolu 2 u fit-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, inkluża kwalunkwe sussidjarja ta' impriża sussidjarja ta' impriża prinċipali aħħarija;
(52)
“aġent marbut” tfisser aġent marbut kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(53)
“dħul gross totali” tfisser l-introjtu operatorju annwali ta' ditta tal-investiment, b'rabta mas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment tad-ditta tal-investiment li hi awtorizzata twettaq, inkluż introjtu li jirriżulta minn imgħax riċevibbli, minn ishma u minn titoli oħra kemm jekk b'rendita fissa jew varjabbli, minn kummissjoni u tariffi, kwalunkwe gwadann u telf li d-ditti tal-investiment iġarrbu fl-assi ta' negozjar tagħhom, fl-assi miżmuma b'valur ġust, jew minn attivitajiet ta' ħħeġġjar, iżda eskluż kwalunkwe introjtu li mhuwiex marbut mas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment imwettqa;
(54)
“portafoll tan-negozjar” tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet f'idejn ditta tal-investiment, jew bil-ħsieb ta' negozju jew sabiex ikunu ħħeġġjati l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozjar;
(55)
“pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozjar” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
pożizzjonijiet proprjetarji u pożizzjonijiet li jirriżultaw minn servizzi għall-klijenti u ġenerazzjoni tas-suq;
(b)
pożizzjonijiet maħsuba li jiġu mibjugħa mill-ġdid fit-terminu qasir;
(c)
pożizzjonijiet maħsuba għal benefiċċju minn differenzi fil-prezz reali jew mistennija f'terminu qasir bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ jew minn varjazzjonijiet oħra fil-prezz jew fir-rata tal-imgħax;
(56)
“ditta tal-investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser ditta tal-investiment fi Stat Membru li tkun parti minn grupp ta' ditta tal-investiment u li jkollha ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li jkollha parteċipazzjoni f'tali ditta tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja, u li fiha nnifisha ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment oħra awtorizzata f'xi Stat Membru, jew ta' kumpannija azzjonarja ta' investiment jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
(57)
“kumpannija azzjonarja ta' investiment prinċipali tal-Unjoni” tfisser kumpannija azzjonarja ta' investiment fi Stat Membru li tkun parti minn grupp ta' ditta tal-investiment u li hi stess ma tkunx sussidjarja ta' ditta tal-investiment awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta' kumpannija azzjonarja ta' investiment oħra fi kwalunkwe Stat Membru;
(58)
“kumpannija holding finanzjarja mħallta” tfisser impriża prinċipali ta' grupp ta' ditti tal-investiment li hi kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|