+Artikolu 6 1.

Artikolu 6 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lil ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Parti Tnejn, Tlieta, Erbgħa, Sitta u Sebgħa, fejn japplikaw dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbilit fl-Artikolu 12(1);

(b) 

tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(ii) 

id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fi grupp ta' ditti tal-investiment b'superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mal-Artikolu 7;

(c) 

kemm id-ditta tal-investiment kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-istess Stat Membru;

(d) 

l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jaqblu ma' eżenzjoni tali;

(e) 

il-fondi proprji huma mqassma b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;

(ii) 

mal-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-impriża prinċipali tiddikjara li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom id-ditta tal-investiment jew li r-riskji fid-ditta tal-investiment huma ta’ interess negliġibbli;

(iii) 

il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskji tal-impriża prinċipali jinkludu lid-ditta tal-investiment; u

(iv) 

l-impriża prinċipali għandha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tad-ditta tal-investiment jew għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.