|
+Artikolu 6 2. |
Artikolu 6 2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lid-ditti tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward tal-Parti Sitta, meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
id-ditta tal-investiment tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbilit fl-Artikolu 12(1);
(b)
id-ditta tal-investiment hija sussidjarja u hija inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'konformità mal-Artikolu 228 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(c)
kemm id-ditta tal-investiment kif ukoll l-impriża prinċipali tagħha huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-istess Stat Membru;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE jaqblu dwar eżenzjoni bħal din;
(e)
il-fondi proprji huma mqassma b’mod adegwat bejn l-impriża prinċipali u d-ditta tal-investiment, u jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
ma hemm l-ebda impediment prattiku jew ġuridiku materjali attwali jew previst għat-trasferiment fil-pront ta’ kapital jew ħlas lura ta’ obbligazzjonijiet mill-impriża prinċipali;
(ii)
mal-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-impriża prinċipali tiddikjara li tiggarantixxi l-impenji li daħlet għalihom id-ditta tal-investiment jew li r-riskji fid-ditta tal-investiment huma ta’ interess negliġibbli;
(iii)
il-proċeduri ta’ evalwazzjoni, ta’ kejl u ta’ kontroll tar-riskji tal-impriża prinċipali jinkludu lid-ditta tal-investiment; u
(iv)
l-impriża prinċipali għandha aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tad-ditta tal-investiment jew għandha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|