+Artikolu 8 It-test tal-kapital tal-grupp
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
|
Artikolu 8 It-test tal-kapital tal-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-każ ta' strutturi ta' gruppi li jitqiesu bħala sempliċi biżżejjed, dment li ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti għall-klijenti jew għas-suq li jirriżulta mill-grupp ta' ditti tal-investiment inġenerali li nkella jkun jeħtieġ superviżjoni fuq bażi konsolidata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE meta jippermettu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
(a)
“strumenti ta’ fondi proprji” tfisser “fondi proprji” kif definit fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1), il-punt (d) tal-Artikolu 56, u l-punt (d) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
it-termini “ditta tal-investiment”, “istituzzjoni finanzjarja”, “impriża ta' servizzi anċillari” u “aġent marbut” għandhom japplikaw ukoll għal impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, jissodisfaw id-definizzjonijiet ta’ dawk it-termini fl-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Ditti ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanniji azzjonarji ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni u kwalunkwe impriża prinċipali oħra li hija ditta tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta' servizzi anċillari jew aġenti marbuta fil-grupp ta' ditti tal-investiment għandu jkollhom minn tal-inqas strumenti ta' fondi proprji biżżejjed biex ikopru s-somma ta' dan li ġej:
(a)
is-somma tal-valur kontabilistiku sħiħ tal-impriżi, il-pretensjonijiet subordinati u l-istrumenti tagħhom kollha msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1), il-punt (d) tal-Artikolu 56, u l-punt (d) tal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’ditti tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari u aġenti marbuta fil-grupp ta’ ditti tal-investiment; u
(b)
l-ammont totali tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tagħhom kollha favur ditti tal-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, impriżi ta’ servizzi anċillari u aġenti marbuta fil-grupp ta’ ditti tal-investiment.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni jew lil kumpanija holding finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni u lil kwalunkwe impriża prinċipali oħra li hija ditta tal-investiment, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari jew aġent marbut fil-grupp ta’ ditti tal-investiment, biex ikollhom ammont inferjuri ta’ fondi proprji mill-ammont ikkalkolat skont il-paragrafu 1, dment li dan l-ammont ma jkunx inqas mis-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq bażi individwali fuq id-ditti tal-investiment sussidjarji tagħha, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ servizzi anċillari u fuq l-aġenti marbuta, u l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur dawk l-entitajiet. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal impriżi sussidjarji kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u li jkunu jinsabu f’pajjiżi terzi għandhom ikunu rekwiżiti ta’ fondi proprji nozzjonali li jiżguraw livell sodisfaċenti ta’ prudenza biex ikunu koperti r-riskji li jirriżultaw minn dawk l-impriżi sussidjarji, kif approvati mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Ditti ta' investiment prinċipali tal-Unjoni, kumpaniji azzjonarji ta’ investiment prinċipali tal-Unjoni, u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni għandu jkollhom sistemi fis-seħħ biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw is-sorsi ta’ kapital u ta’ finanzjament tad-ditti tal-investiment, tal-kumpaniji azzjonarji ta’ investiment, tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tal-impriżi ta’ servizzi anċillari u tal-aġenti marbuta kollha fi ħdan il-grupp ta’ ditti tal-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|