+Artikolu 10 Holdings kwalifikattivi barra s-settur finanzjarju
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 Holdings kwalifikattivi barra s-settur finanzjarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

Għall-finijiet ta’ din il-Parti, ditti tal-investiment għandhom inaqqsu l-ammonti li jaqbżu l-limiti speċifikati fil-punti (a) u (b) mid-determinazzjoni tal-entrati tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013:

(a) 

holding kwalifikattiva, li l-ammont tagħha jaqbeż il-15 % tal-fondi proprji tad-ditta tal-investiment ikkalkolat skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament iżda mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis imsemmi fil-punt (k)(i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, f’impriża li mhix entità tas-settur finanzjarju;

(b) 

l-ammont totali tal-holdings kwalifikattivi ta’ ditta tal-investiment f’impriżi minbarra entitajiet tas-settur finanzjarju li jaqbeż is-60 % tal-fondi proprji tagħha kkalkolat skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament iżda mingħajr l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi fil-punt (k)(i) tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 10 2.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu lil ditta tal-investiment milli jkollha l-holdings kwalifikattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1 meta dawk il-kumpanniji jaqbżu l-perċentwali tal-fondi proprji stabbiliti f'dak il-paragrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pubblika d-deċiżjoni tagħhom li jeżerċitaw din is-setgħa mingħajr dewmien.
Artikolu 10 3.

L-ishma f’impriżi li mhumiex entitajiet tas-settur finanzjarju m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1 meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dawk l-ishma jinżammu b’mod temporanju matul operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

iż-żamma ta’ dawk l-azzjonijiet hija pożizzjoni ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew anqas;

(c) 

dawk l-azzjonijiet ikunu miżmuma f’isem id-ditta tal-investiment stess u għan-nom ta’ oħrajn.

Artikolu 10 4.
L-azzjonijiet li ma jkunux assi fissi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.