+Artikolu 11 Rekwiżiti tal-fondi proprji
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
|
Artikolu 11 Rekwiżiti tal-fondi proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Ditti tal-investiment għandu jkollha f'kull mument fondi proprji skont l-Artikolu 9 li jammonta minn tal-inqas għal D, fejn D huwa definit bħala l-ogħla minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħhom ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 13;
(b)
ir-rekwiżit tal-kapital minimu permanenti tagħhom f'konformità mal-Artikolu 14; jew
(c)
ir-rekwiżit tal-fattur-K tagħhom ikkalkolat f'konformità mal-Artikolu 15.
|
|
Artikolu 11 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, fejn ditta tal-investiment tissodisfa l-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa stabbiliti fl-Artikolu 12(1), D għandu jiġi definit bħala l-ogħla minn fost l-ammonti speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jkun seħħ tibdil materjali fl-attivitajiet kummerċjali ta’ ditta tal-investiment, dawn jistgħu jesiġu li d-ditta tal-investiment tiġi soġġetta għal rekwiżit tal-fondi proprji differenti msemmi f’dan l-Artikolu, f’konformità mat-Titolu IV, Kapitolu 2, Taqsima 4 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Ditti tal-investiment għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti hekk kif jindunaw li ma għadhomx jissodisfaw jew li mhux ser ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|