+Artikolu 17 Kejl tal-AUM għall-finijiet tal-kalkolu ta' K-AUM
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.

Artikolu 17 Kejl tal-AUM għall-finijiet tal-kalkolu ta' K-AUM

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Għall-fini tal-kalkolu ta' K-AUM, l-AUM għandhom ikunu l-medja mobbli tal-valur tal-assi mensili totali mmaniġġjati, imkejla fl-aħħar jum ta' negozju ta' kull wieħed mill-15-il xahar preċedenti konvertiti fil-munita funzjonali tal-entitajiet f’dak iż-żmien, esklużi l-aktar tliet valuri mensili reċenti.

L-AUM għandu jkun il-medja aritmetika tat-12-il valur mensili li jifdal.

Il-K-AUM għandu jiġi kkalkolat fl-ewwel jum ta’ negozju ta’ kull xahar.

Artikolu 17 2.
Jekk id-ditta tal-investiment tkun iddelegat b’mod formali l-immaniġġjar tal-assi lil entità finanzjarja oħra, dawk l-assi għandhom jiġu inklużi fl-ammont totali tal-AUM imkejla f’konformità mal-paragrafu 1.

Fil-każ fejn entità finanzjarja oħra tkun iddelegat b’mod formali l-immaniġġjar tal-assi lid-ditta tal-investiment, dawn l-assi delegati għandhom jiġu esklużi mill-ammont totali ta’ assi mmaniġġjati mkejla f’konformità mal-paragrafu 1.

Fejn ditta tal-investiment tkun ilha timmaniġġja l-assi għal inqas minn 15-il xahar, jew fejn tkun għamlet dan għal perijodu itwal bħala ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa u issa taqbeż il-livell limitu għal AUM, din għandha tuża data storika għall-AUM għall-perijodu speċifikat taħt il-paragrafu 1 hekk kif tali data ssir disponibbli biex tikkalkula K-AUM. L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.