+Artikolu 20 2.

Artikolu 20 2.

Is-COH għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-valur assolut ta’ xirjiet u l-valur assolut ta’ bejgħ kemm għal negozju fi flus kontanti kif ukoll għal derivati skont dawn li ġejjin:

(a) 

għal negozji fi flus, il-valur hu l-ammont imħallas jew riċevut għal kull negozju;

(b) 

għal derivati, il-valur tan-negozju hu l-ammont nozzjonali tal-kuntratt.

L-ammont nozzjonali ta’ derivati tar-rata tal-imgħax għandu jiġi aġġustat għaż-żmien (fi snin) sal-maturità ta’ dawk il-kuntratti. L-ammont nozzjonali għandu jiġi mmultiplikat bit-tul ta’ żmien stabbilit fil-formula li ġejja:

Durata = żmien sal-maturità (fi snin) / 10

Mingħajr preġudizzju għall-ħames paragrafu, COH għandhom jinkludu tranżazzjonijiet eżegwiti mid-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta’ mmaniġġar ta’ portafolli għan-nom ta’ fondi ta’ investiment.

COH għandhom jinkludu tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn parir dwar l-investiment li fir-rigward tiegħu ditta tal-investiment ma tikkalkulax K-AUM.

COH għandhom jeskludu tranżazzjonijiet ittrattati mid-ditta tal-investiment li jirriżultaw mis-servisjar tal-portafoll ta’ investiment ta’ klijent fejn id-ditta tal-investiment diġà tikkalkula K-AUM fir-rigward tal-investimenti ta’ dak il-klijent jew fejn dik l-attività tkun relatata mad-delega tal-ġestjoni tal-assi għad-ditta tal-investiment li ma tikkontribwixxix għall-AUM ta’ dik id-ditta tal-investiment bis-saħħa tal-Artikolu 17(2).

COH għandhom jeskludu tranżazzjonijiet eżegwiti mid-ditta tal-investiment f’isimha stess għaliha stess jew għan-nom ta’ klijent.

Id-ditti tal-investiment jistgħu jeskludu mill-kejl ta' COH kwalunkwe ordni li ma tkunx ġiet eżegwita, fejn tali nuqqas ta' eżekuzzjoni jkun dovut għall-kanċellazzjoni fil-ħin tal-ordni mill-klijent.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.