|
+Artikolu 28 Kost tas-sostituzzjoni (RC) |
Artikolu 28 Kost tas-sostituzzjoni (RC)Artikolu 28 Kost tas-sostituzzjoni (RC) Il-kost tas-sostituzzjoni msemmi fl-Artikolu 27 għandu jiġi determinat kif ġej:
(a)
għal kuntratti tad-derivati, RC jiġi determinat bħala s-CMV;
(b)
għal tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul, RC jiġi determinat bħala l-ammont tas-saldu ta’ flus kontanti li jitħallsu jew li tirċievi d-ditta tal-investiment mas-saldu; riċevibbli jiġi ttrattat bħala ammont pożittiv u somma pagabbli tiġi ttrattata bħala ammont negattiv;
(c)
għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, RC jiġi determinat bħala l-ammont ta’ flus mislufa jew riċevuti; il-flus kontanti mislufa mid-ditta tal-investiment jiġu ttrattati bħala ammont pożittiv u l-flus kontanti missellfa mid-ditta tal-investiment jiġu ttrattati bħala ammont negattiv;
(d)
għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, fejn iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni huma titoli, RC jiġi determinat bis-CMV tal-garanzija mogħtija b’self mid-ditta tal-investiment; is-CMV għandu jiżdied billi jintuża l-aġġustament korrispondenti għall-volatilità fit-Tabella 4 tal-Artikolu 30;
(e)
għal tranżazzjonijiet ta’ self b'marġini u l-krediti u s-self imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 25(1), RC jiġi determinat skont il-valur kontabilistiku tal-assi skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|