+Section 1 Trading counterparty default
---+Artikolu 25 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 25 1.
------+Artikolu 25 2.
------+Artikolu 25 3.
------+Artikolu 25 4.
------+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 26 Kalkolu ta' K-TCD
---+Artikolu 27 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
---+Artikolu 28 Kost tas-sostituzzjoni (RC)
---+Artikolu 29 Skopertura futura potenzjali
------+Artikolu 29 1.
------+Artikolu 29 2.
------+Artikolu 29 3.
------+Artikolu 29 4.
------+Artikolu 29 5.
------+Artikolu 29 6.
------+Artikolu 29 7.
------+Artikolu 29 8.
---+Artikolu 30 Kollateral
------+Artikolu 30 1.
------+Artikolu 30 2.
------+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 31 Netting
---+Artikolu 32 Aġġustament tal-valwazzjoni tal-Kreditu
|
Section 1 Trading counterparty default
Section 1 Trading counterparty default
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 26 Kalkolu ta' K-TCD
|
Artikolu 26
Għall-fini tal-kalkolu ta’ K-TCD, ir-rekwiżit tal-fondi proprji għandu jiġi stabbilit permezz ta’ din il-formula:
Rekwiżit tal-fondi proprji = α • EV • RF • CVA
fejn:
α = 1.2
EV = il-valur tal-iskopertura kkalkulat skont l-Artikolu 27;
RF = il-fattur ta’ riskju definit għal kull tip ta’ kontroparti kif stabbilit fit-Tabella 2; u
CVA = l-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu kkalkulat skont l-Artikolu 32.
Tabella 2
|
Tip ta’ kontroparti
|
Fattur ta’ riskju
|
|
Gvernijiet ċentrali, banek ċentrali u s-settur pubbliku entitajiet
|
1.6 %
|
|
Istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment
|
1.6 %
|
|
Kontropartijiet oħra
|
8 %
|
|
|
Artikolu 27 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
|
Artikolu 27
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
Il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura għandu jkun determinat skont il-formola li ġejja:
Valur tal-iskopertura = Massimu (0; RC + PFE - C)
fejn:
RC = il-kost tas-sostituzzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 28;
PFE = l-iskopertura futura potenzjali kif stabbilit fl-Artikolu 29; u
RC = il-kollateral kif stabbilit fl-Artikolu 30.
Il-kost tas-sostituzzjoni (RC) u tal-kollateral (C) għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 25.
L-iskopertura futura potenzjali (PFE) japplika biss għal kuntratti tad-derivati.
Ditta tal-investiment tista’ tikkalkula valur tal-iskopertura wieħed fil-livell tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti bi ftehim kuntrattwali ta’ netting, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 31. Meta xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ma tiġix issodisfata, id-ditta tal-investiment għandha tittratta kull transazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.
|
|
Artikolu 28 Kost tas-sostituzzjoni (RC)
|
Artikolu 28
Kost tas-sostituzzjoni (RC)
Il-kost tas-sostituzzjoni msemmi fl-Artikolu 27 għandu jiġi determinat kif ġej:
(a)
għal kuntratti tad-derivati, RC jiġi determinat bħala s-CMV;
(b)
għal tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul, RC jiġi determinat bħala l-ammont tas-saldu ta’ flus kontanti li jitħallsu jew li tirċievi d-ditta tal-investiment mas-saldu; riċevibbli jiġi ttrattat bħala ammont pożittiv u somma pagabbli tiġi ttrattata bħala ammont negattiv;
(c)
għal tranżazzjonijiet ta’ riakkwist u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, RC jiġi determinat bħala l-ammont ta’ flus mislufa jew riċevuti; il-flus kontanti mislufa mid-ditta tal-investiment jiġu ttrattati bħala ammont pożittiv u l-flus kontanti missellfa mid-ditta tal-investiment jiġu ttrattati bħala ammont negattiv;
(d)
għal tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli, fejn iż-żewġ partijiet tat-tranżazzjoni huma titoli, RC jiġi determinat bis-CMV tal-garanzija mogħtija b’self mid-ditta tal-investiment; is-CMV għandu jiżdied billi jintuża l-aġġustament korrispondenti għall-volatilità fit-Tabella 4 tal-Artikolu 30;
(e)
għal tranżazzjonijiet ta’ self b'marġini u l-krediti u s-self imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 25(1), RC jiġi determinat skont il-valur kontabilistiku tal-assi skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.
|
|
Artikolu 29 Skopertura futura potenzjali
|
|
|
Artikolu 30 Kollateral
|
|
|
Artikolu 31 Netting
|
Artikolu 31
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, ditta tal-investiment tista’, l-ewwel, tittratta kuntratti bi tlaqqigħ perfett inklużi fi ftehim ta’ netting daqslikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipal nozzjonali ekwivalenti għar-riċevuti netti, it-tieni, tagħmel netting ta’ tranżazzjonijiet oħra soġġetti għan-novazzjoni li skont dawn l-obbligi kollha bejn id-ditta tal-investiment u l-kontroparti tagħha huma amalgamati b’mod awtomatiku b’tali mod li n-novazzjoni legalment tissostitwixxi ammont nett wieħed uniku għall-obbligi gross preċedenti, u t-tielet, tinnettja tranżazzjonijiet oħra fejn id-ditta tal-investiment tiżgura li ġew issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett mal-kontroparti jew ftehim ieħor li joħloq obbligu legali wieħed ikopri t-tranżazzjonijiet inklużi kollha, b'tali mod li d-ditta tal-investiment ikollha pretensjoni li tirċievi jew obbligu li tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-valwazzjoni skont is-suq ta’ tranżazzjonijiet individwali inklużi f’każ li kontroparti tonqos milli teżegwixxi minħabba waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
(b)
il-kuntratt ta’ kalkolu tal-valur nett ma jkun fih l-ebda klawżola li, f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti, tippermetti lil kontroparti mhux inadempjenti tagħmel pagamenti limitati biss, jew l-ebda pagament, lill-proprjetà tal-parti inadempjenti, anki jekk il-parti inadempjenti tkun kreditur nett;
(c)
id-ditta tal-investiment tkun kisbet opinjoni ġuridika indipendenti, miktuba u mmotivata li, f’każ ta’ kontestazzjoni legali tal-ftehim ta’ netting, il-pretensjonijiet u l-obbligi tad-ditta tal-investiment ikunu ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punt (a) skont ir-reġim legali li ġej:
(i)
il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tkun inkorporata l-kontroparti;
(ii)
jekk tkun involuta fergħa barranija ta’ kontroparti, il-liġi tal-ġurisdizzjoni li fiha tinsab il-fergħa;
(iii)
il-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet individwali inklużi fil-ftehim ta’ netting; jew
(iv)
il-liġi li tirregola kwalunkwe kuntratt jew ftehim neċessarju biex iseħħ in-netting.
|
|
Artikolu 32 Aġġustament tal-valwazzjoni tal-Kreditu
|
Artikolu 32
Aġġustament tal-valwazzjoni tal-Kreditu
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, ''CVA'' tfisser aġġustament għall-valwazzjoni tas-suq medju tal-portafoll tat-transazzjonijiet ma' kontroparti li jirrifletti s-CMV tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għad-ditta tal-investiment, iżda ma jirriflettix is-CMV tar-riskju tal-kreditu tad-ditta tal-investiment għall-kontroparti.
CVA għandu jkun 1,5 għat-tranżazzjonijiet kollha minbarra dawn it-transazzjonijiet li ġejjin, li għalihom is-CVA għandu jkun 1:
(a)
transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz, fejn dawk it-transazzjonijiet ma jeċċedux il-livell limitu tal-ikklirjar kif speċifikat fl-Artikolu 10(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;
(b)
tranżazzjonijiet intragrupp kif previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(c)
tranżazzjonijiet b’saldu fit-tul;
(d)
SFTs, inkluż tranżazzjonijiet ta’ self b’marġini, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeterminax li l-iskoperturi tar-riskju tas-CVA tad-ditta tal-investiment li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet huma materjali; u
(e)
krediti u self msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 25(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|