+Artikolu 34 Trattament prudenzjali ta' assi esposti għal attivitajiet assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.

Artikolu 34 Trattament prudenzjali ta' assi esposti għal attivitajiet assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 34 1.

L-ABE, wara li tikkonsulta mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tivvaluta, fuq il-bażi tad-data disponibbli u l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, jekk trattament prudenzjali dedikat għal assi esposti għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali jew soċjali, fil-forma ta' fatturi aġġustati K jew koeffiċjenti aġġustati tal-fattur K, ikunx ġustifikat minn perspettiva prudenzjali. B'mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta l-elementi li ġejjin:

(a) 

għażliet metodoloġiċi għall-valutazzjoni tal-iskoperturi ta' klassijiet ta' assi għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;

(b) 

profili ta' riskju speċifiku ta' assi esposti għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;

(c) 

riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidliet regolatorji bħall-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima;

(d) 

l-effetti potenzjali ta' trattament prudenzjali dedikat ta' assi esposti għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali jew soċjali dwar l-istabbiltà finanzjarja.

Artikolu 34 2.
L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2021.
Artikolu 34 3.
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.