|
+Artikolu 34 1. |
Artikolu 34 1.L-ABE, wara li tikkonsulta mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tivvaluta, fuq il-bażi tad-data disponibbli u l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, jekk trattament prudenzjali dedikat għal assi esposti għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' objettivi ambjentali jew soċjali, fil-forma ta' fatturi aġġustati K jew koeffiċjenti aġġustati tal-fattur K, ikunx ġustifikat minn perspettiva prudenzjali. B'mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta l-elementi li ġejjin:
(a)
għażliet metodoloġiċi għall-valutazzjoni tal-iskoperturi ta' klassijiet ta' assi għal attivitajiet assoċjati sostanzjalment ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;
(b)
profili ta' riskju speċifiku ta' assi esposti għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' għanijiet ambjentali jew soċjali;
(c)
riskji relatati mad-deprezzament tal-assi minħabba bidliet regolatorji bħall-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima;
(d)
l-effetti potenzjali ta' trattament prudenzjali dedikat ta' assi esposti għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali jew soċjali dwar l-istabbiltà finanzjarja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|