+Artikolu 36 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.

Artikolu 36 Kalkolu tal-valur tal-iskopertura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1.

Ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi għall-finijiet ta’ din il-Parti billi żżid flimkien l-entrati li ġejjin:

(a) 

l-eċċess pożittiv tal-pożizzjonijiet twal ta’ ditta tal-investiment fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha fl-istrumenti finanzjarji kollha tal-portafoll tan-negozjar maħruġa mill-klijent inkwistjoni, il-pożizzjoni netta għal kull strument ikkalkulat f'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22.

(b) 

il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti u t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(1) mal-klijent inkwistjoni, ikkalkulat bil-mod stipulat fl-Artikolu 27.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ditta tal-investiment li, għall-finijiet tar-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM, tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont l-approċċ speċifikat fl-Artikolu 23, għandha tikkalkula l-pożizzjoni netta għall-finijiet tar-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ dawk il-pożizzjonijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ditta tal-investiment li, għall-finijiet ta’ K-TCD, tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji billi tapplika l-metodi msemmija fl-Artikolu 25(4) ta’ dan ir-Regolament għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-kuntratti u t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-Regolament billi tapplika l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 36 2.
Il-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' grupp ta’ klijenti konnessi għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien l-iskoperturi għall-klijenti individwali fi ħdan il-grupp, li għandhom jiġu ttrattati bħala skopertura waħda.
Artikolu 36 3.
Meta tikkalkola l-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent jew għal grupp ta’ klijenti konnessi, ditta tal-investiment għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tidentifika l-assi sottostanti fi tranżazzjonijiet rilevanti u l-kontroparti tal-iskoperturi sottostanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.