|
+Artikolu 36 1. |
Artikolu 36 1.Ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar jew mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura fir-rigward ta' klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi għall-finijiet ta’ din il-Parti billi żżid flimkien l-entrati li ġejjin:
(a)
l-eċċess pożittiv tal-pożizzjonijiet twal ta’ ditta tal-investiment fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha fl-istrumenti finanzjarji kollha tal-portafoll tan-negozjar maħruġa mill-klijent inkwistjoni, il-pożizzjoni netta għal kull strument ikkalkulat f'konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22.
(b)
il-valur tal-iskopertura tal-kuntratti u t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(1) mal-klijent inkwistjoni, ikkalkulat bil-mod stipulat fl-Artikolu 27. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ditta tal-investiment li, għall-finijiet tar-rekwiżit tal-fatturi-K ta’ RtM, tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar skont l-approċċ speċifikat fl-Artikolu 23, għandha tikkalkula l-pożizzjoni netta għall-finijiet tar-riskju ta’ konċentrazzjoni ta’ dawk il-pożizzjonijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 22. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ditta tal-investiment li, għall-finijiet ta’ K-TCD, tikkalkula r-rekwiżiti tal-fondi proprji billi tapplika l-metodi msemmija fl-Artikolu 25(4) ta’ dan ir-Regolament għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-kuntratti u t-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-Regolament billi tapplika l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 jew 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|