|
+Artikolu 50 Rekwiżiti ta' fondi proprji |
Artikolu 50 Rekwiżiti ta' fondi proprjiArtikolu 50 Rekwiżiti ta' fondi proprji Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, f’konformità mal-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament:
(a)
sommarju tal-approċċ tad-ditta tal-investiment għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħha għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u tal-ġejjieni;
(b)
fuq talba mill-awtorità kompetenti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tad-ditta tal-investiment, inkluża l-kompożizzjoni tal-fondi proprji addizzjonali abbażi tal-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
(c)
ir-rekwiżiti tal-fattur-K ikkalkolati, f’konformità mal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, f’forma aggregata għal RtM, RtF u RtC, fuq il-bażi tas-somma tal-fatturi-K applikabbli; u
(d)
ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|