+PARTI SITTA DIVULGAZZJONI MINN DITTI TAL- INVESTIMENT
---+Artikolu 46 Kamp ta' Applikazzjoni
------+Artikolu 46 1.
------+Artikolu 46 2.
------+Artikolu 46 3.
------+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
------+Artikolu 46a 1.
------+Artikolu 46a 2.
------+Artikolu 46a 3.
------+Artikolu 46a 4.
------+Artikolu 46a 5.
---+Artikolu 47 Objettivi u politiki ta’ ġestjoni tar-riskju
---+Artikolu 48 Governanza
---+Artikolu 49 Fondi proprji
------+Artikolu 49 1.
------+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 50 Rekwiżiti ta' fondi proprji
---+Artikolu 51 Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni
---+Artikolu 52 Politika ta' investiment
------+Artikolu 52 1.
------+Artikolu 52 2.
------+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 53 Riskji ambjent, soċjali u ta' governanza
|
PARTI SITTA DIVULGAZZJONI MINN DITTI TAL- INVESTIMENT
PARTI SITTA DIVULGAZZJONI MINN DITTI TAL- INVESTIMENT
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 Kamp ta' Applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 46a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
|
|
|
Artikolu 47 Objettivi u politiki ta’ ġestjoni tar-riskju
|
Artikolu 47
Objettivi u politiki ta’ ġestjoni tar-riskju
Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-objettivi u l-politiki tagħhom ta’ ġestjoni tar-riskju għal kull kategorija separata ta’ riskju stabbilita fit-Tielet, ir-Raba' u l-Ħames Parti f’konformità mal-Artikolu 46, inklużi sommarju tal-istrateġiji u l-proċessi għall-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji u dikjarazzjoni tar-riskju konċiża approvata mill-korp maniġerjali tad-ditta tal-investiment li fil-qosor tiddeskrivi l-profil tar-riskju ġenerali tad-ditta tal-investiment assoċjat mal-istrateġija kummerċjali.
|
|
Artikolu 48 Governanza
|
Artikolu 48
Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward l-arranġamenti interni ta’ governanza, f’konformità mal-Artikolu 46:
(a)
in-numru ta’ direttorati miżmuma mill-membri tal-korp maniġerjali;
(b)
il-politika dwar id-diversità fir-rigward tal-għażla ta’ membri tal-korp maniġerjali, l-objettivi tagħha u kull mira rilevanti stabbilita f’dik il-politika, u sa fejn ikunu ntlaħqu dawk l-objettivi u l-miri;
(c)
jekk id-ditta tal-investiment stabbilixxietx jew le kumitat separat tar-riskju u kemm-il darba ltaqa’ dan il-kumitat annwalment.
|
|
Artikolu 49 Fondi proprji
|
|
|
Artikolu 50 Rekwiżiti ta' fondi proprji
|
Artikolu 50
Rekwiżiti ta' fondi proprji
Ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/2034, f’konformità mal-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament:
(a)
sommarju tal-approċċ tad-ditta tal-investiment għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħha għall-appoġġ ta' attivitajiet attwali u tal-ġejjieni;
(b)
fuq talba mill-awtorità kompetenti, ir-riżultat tal-proċess ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern tad-ditta tal-investiment, inkluża l-kompożizzjoni tal-fondi proprji addizzjonali abbażi tal-proċess ta' rieżami superviżorju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034;
(c)
ir-rekwiżiti tal-fattur-K ikkalkolati, f’konformità mal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, f’forma aggregata għal RtM, RtF u RtC, fuq il-bażi tas-somma tal-fatturi-K applikabbli; u
(d)
ir-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi ddeterminat f’konformità mal-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 51 Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni
|
Artikolu 51
Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-politika u l-prattiki tar-remunerazzjoni tagħhom, inkluż aspetti relatati man-newtralità bejn is-sessi u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, f'konformità mal-Artikolu 46;
(a)
l-aktar karatteristiċi importanti fis-sistema ta’ remunerazzjoni, inkluż il-livell ta’ remunerazzjoni varjabbli u l-kriterji biex tingħata remunerazzjoni varjabbli, il-ħlas fil-politika dwar l-istrumenti, il-politika ta’ differiment u l-kriterji ta’ vestiment;
(b)
il-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbilita f'konformità mal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 (
12
);
(c)
informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-rimunerazzjoni, disaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, li tindika dan li ġej:
(i)
l-ammonti tar-remunerazzjoni mogħtija fis-sena finanzjarja, maqsuma f’remunerazzjoni fissa, inkluża deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta’ benefiċjarji;
(ii)
l-ammonti u l-forom tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus, ishma, strumenti marbuta mal-ishma u tipi oħra b’mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u għall-parti differita;
(iii)
l-ammonti ta’ remunerazzjoni differita mogħtija għall-perijodi preċedenti tal-prestazzjoni, maqsuma fl-ammont dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut għall-vestiment fis-snin sussegwenti;
(iv)
l-ammont ta’ remunerazzjoni differita dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja li jitħallas matul is-sena finanzjarja, u li jitnaqqas permezz ta’ aġġustamenti tal-prestazzjoni;
(v)
l-għotjiet ta’ remunerazzjoni varjabbli ggarantita matul is-sena finanzjarja u n-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk l-għotjiet;
(vi)
il-pagamenti mal-għoti ta’ sensja mogħtija fil-perijodi preċedenti, li tħallsu matul is-sena finanzjarja;
(vii)
l-ammonti ta’ pagamenti mal-għoti tas-sensja mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f’dawk imħallsa bil-quddiem u differiti, in-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk il-pagamenti u l-ogħla pagament li ngħata lil persuna waħda;
(d)
informazzjoni dwar jekk id-ditta tal-investiment tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn tali deroga għandhom jindikaw jekk dik id-deroga ngħatatx fuq il-bażi tal-punt (a) jew tal-punt (b) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew it-tnejn. Dawn għandhom jindikaw ukoll għal liema prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta’ membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f’remunerazzjoni fissa u varjabbli.
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
).
|
|
Artikolu 52 Politika ta' investiment
|
|
|
Artikolu 53 Riskji ambjent, soċjali u ta' governanza
|
Artikolu 53
Riskji ambjent, soċjali u ta' governanza
Mis-26 ta’ Diċembru 2022, id-ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija fl-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar ir-riskji tal-ambjent, dawk soċjali u ta' governanza, inklużi r-riskji fiżiċi u r-riskji ta' tranżizzjoni kif definit fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35 tad-Direttiva (UE) 2019/2034
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi divulgata darba fl-ewwel sena ta' divulgazzjoni u darbtejn fis-sena suċċessivament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|