+Artikolu 51 Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

Artikolu 51 Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

Artikolu 51

Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja rigward il-politika u l-prattiki tar-remunerazzjoni tagħhom, inkluż aspetti relatati man-newtralità bejn is-sessi u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, għal dawk il-kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, f'konformità mal-Artikolu 46;

(a) 

l-aktar karatteristiċi importanti fis-sistema ta’ remunerazzjoni, inkluż il-livell ta’ remunerazzjoni varjabbli u l-kriterji biex tingħata remunerazzjoni varjabbli, il-ħlas fil-politika dwar l-istrumenti, il-politika ta’ differiment u l-kriterji ta’ vestiment;

(b) 

il-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni fissa u varjabbli stabbilita f'konformità mal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 ( 12 );

(c) 

informazzjoni kwantitattiva aggregata dwar ir-rimunerazzjoni, disaggregata skont il-maniġment superjuri u l-membri tal-persunal li l-azzjonijiet tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tad-ditta tal-investiment, li tindika dan li ġej:

(i) 

l-ammonti tar-remunerazzjoni mogħtija fis-sena finanzjarja, maqsuma f’remunerazzjoni fissa, inkluża deskrizzjoni tal-komponenti fissi, u remunerazzjoni varjabbli, u n-numru ta’ benefiċjarji;

(ii) 

l-ammonti u l-forom tar-remunerazzjoni varjabbli mogħtija, maqsuma fi flus, ishma, strumenti marbuta mal-ishma u tipi oħra b’mod separat għall-parti mħallsa bil-quddiem u għall-parti differita;

(iii) 

l-ammonti ta’ remunerazzjoni differita mogħtija għall-perijodi preċedenti tal-prestazzjoni, maqsuma fl-ammont dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja u l-ammont dovut għall-vestiment fis-snin sussegwenti;

(iv) 

l-ammont ta’ remunerazzjoni differita dovut għall-vestiment fis-sena finanzjarja li jitħallas matul is-sena finanzjarja, u li jitnaqqas permezz ta’ aġġustamenti tal-prestazzjoni;

(v) 

l-għotjiet ta’ remunerazzjoni varjabbli ggarantita matul is-sena finanzjarja u n-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk l-għotjiet;

(vi) 

il-pagamenti mal-għoti ta’ sensja mogħtija fil-perijodi preċedenti, li tħallsu matul is-sena finanzjarja;

(vii) 

l-ammonti ta’ pagamenti mal-għoti tas-sensja mogħtija matul is-sena finanzjarja, maqsuma f’dawk imħallsa bil-quddiem u differiti, in-numru ta’ benefiċjarji ta’ dawk il-pagamenti u l-ogħla pagament li ngħata lil persuna waħda;

(d) 

informazzjoni dwar jekk id-ditta tal-investiment tibbenefikax minn deroga stabbilita fl-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, id-ditti tal-investiment li jibbenefikaw minn tali deroga għandhom jindikaw jekk dik id-deroga ngħatatx fuq il-bażi tal-punt (a) jew tal-punt (b) tal-Artikolu 32(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew it-tnejn. Dawn għandhom jindikaw ukoll għal liema prinċipji tar-remunerazzjoni japplikaw id-deroga/i, in-numru ta’ membri tal-persunal li jibbenefikaw mid-deroga/i u r-remunerazzjoni totali tagħhom, maqsuma f’remunerazzjoni fissa u varjabbli.

Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.