|
+Artikolu 57 4. |
Artikolu 57 4.B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 11(1), id-ditti tal-investiment jistgħu japplikaw rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021 kif ġej:
(a)
id-ditti tal-investiment li kienu soġġetti biss għal rekwiżit tal-kapital inizjali qabel is-26 ta’ Ġunju 2021 jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għad-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali applikabbli stabbilit fit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendat bid-Direttiva (UE) 2019/878, bl-eċċezzjoni għall-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 31(2) rispettivament, ta’ dik id-Direttiva;
(b)
id-ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel is-26 ta’ Ġunju 2021 jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti kapitali minimi permanenti tagħhom għal dawk previsti fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, b'referenza għal-livelli tal-kapital inizjali stabbiliti bit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878, li kienu japplikaw kieku d-ditta tal-investiment kienet kompliet tkun soġġetta għal dak ir-Regolament, soġġetti għal żieda annwali fl-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti ta’ mill-inqas EUR 5 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin;
(c)
ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel is-26 ta’ Ġunju 2021, li mhumiex awtorizzati li jipprovdu s-servizzi anċillari msemmija fil-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, li jipprovdu biss wieħed jew aktar mis-servizzi ta' investiment u attivitajiet elenkati fil-punti 1, 2, 4 u 5 tat-Taqsima A tal-Anness I għal dik id-Direttiva, li mhumiex permessi jżommu flus jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħhom li għalhekk ma jistgħux f'ebda mument ikollhom dejn ma' dawk il-klijenti, jistgħu jillimitaw ir-rekwiżit kapitali minimu permanenti tagħhom għal mill-inqas EUR 50 000 , soġġett għal żieda annwali ta’ mill-inqas EUR 5 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|