+Artikolu 57 Dispożizzjonijiet transizzjonali
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
---+Artikolu 57 6.
|
Artikolu 57 Dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
L-Artikoli 43 sa 45 u 46 sa 51 għandhom japplikaw għal negozjanti tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet mis-26 ta’ Ġunju 2026.
|
|
Artikolu 57 2.
|
Sas-26 ta’ Ġunju 2026 jew mid-data ta’ applikazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-finijiet ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-approċċ tal-mudell intern alternattiv stabbilit fil-Kapitolu 1b tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, skont liema jiġi l-aħħar, ditta tal-investiment għandha tapplika r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/630 għall-fini ta’ kalkolu tal-K-NPR.
|
|
Artikolu 57 3.
|
B'deroga mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 11(1), id-ditti tal-investiment jistgħu japplikaw rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021, ugwali għal:
(a)
id-doppju tar-rekwiżit tal-fondi proprji rilevanti skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu 1 tat-Tielet Parti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,soġġett għall-Artikolu 93(1) ta’ dak ir-Regolament, b'referenza għal-livelli tal-kapital inizjali stabbiliti bit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878, li kienu jkunu applikati jekk id-ditta tal-investiment kienet kompliet tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-fondi proprji ta’ dak ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/630; jew
(b)
id-doppju tar-rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi applikabbli stabbilit fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, meta ditta tal-investiment ma kinitx teżisti fid-data jew qabel is-26 ta’ Ġunju 2021.
|
|
Artikolu 57 4.
|
B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 11(1), id-ditti tal-investiment jistgħu japplikaw rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021 kif ġej:
(a)
id-ditti tal-investiment li kienu soġġetti biss għal rekwiżit tal-kapital inizjali qabel is-26 ta’ Ġunju 2021 jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għad-doppju tar-rekwiżit kapitali inizjali applikabbli stabbilit fit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendat bid-Direttiva (UE) 2019/878, bl-eċċezzjoni għall-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 31(2) rispettivament, ta’ dik id-Direttiva;
(b)
id-ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel is-26 ta’ Ġunju 2021 jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti kapitali minimi permanenti tagħhom għal dawk previsti fl-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/876, b'referenza għal-livelli tal-kapital inizjali stabbiliti bit-Titolu IV tad-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2019/878, li kienu japplikaw kieku d-ditta tal-investiment kienet kompliet tkun soġġetta għal dak ir-Regolament, soġġetti għal żieda annwali fl-ammont ta' dawk ir-rekwiżiti ta’ mill-inqas EUR 5 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin;
(c)
ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel is-26 ta’ Ġunju 2021, li mhumiex awtorizzati li jipprovdu s-servizzi anċillari msemmija fil-punt (1) tat-Taqsima B tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, li jipprovdu biss wieħed jew aktar mis-servizzi ta' investiment u attivitajiet elenkati fil-punti 1, 2, 4 u 5 tat-Taqsima A tal-Anness I għal dik id-Direttiva, li mhumiex permessi jżommu flus jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħhom li għalhekk ma jistgħux f'ebda mument ikollhom dejn ma' dawk il-klijenti, jistgħu jillimitaw ir-rekwiżit kapitali minimu permanenti tagħhom għal mill-inqas EUR 50 000 , soġġett għal żieda annwali ta’ mill-inqas EUR 5 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin.
|
|
Artikolu 57 5.
|
Id-derogi stabbiliti fil-paragrafu 4 m’għandhomx jibqgħu japplikaw meta d-ditta tal-investiment ikollha l-awtorizzazzjoni tagħha estiża fi jew wara s-26 ta’ Ġunju 2021 b’tali mod li jkun meħtieġ ammont ogħla ta’ kapital inizjali f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2019/2034.
|
|
Artikolu 57 6.
|
B’deroga mill-Artikolu 11, id-ditti tal-investiment li kienu jeżistu qabel il-25 ta’ Diċembru 2019 u li jinnegozjaw akkont tagħhom stess fi swieq tal-futures finanzjarji jew opzjonijiet jew derivati oħra u fis-swieq tal-flus għall-fini uniku ta' kopertura tal-pożizzjonijiet fis-swieq tad-derivati jew jinnegozjaw għan-nom ta’ membri oħra ta’ dawk is-swieq u tkun garantita mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq, fejn ir-responsabbiltà għall-iżgurar tal-prestazzjoni ta’ kuntratti li jkunu daħlu fihom tali ditti tal-investiment tkun assunta mill-membri tal-ikklerjar tal-istess swieq, jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021 għal mill-inqas EUR 250 000 , soġġett għal żieda annwali ta’ mill-inqas EUR 100 000 matul il-perijodu ta’ ħames snin. Irrispettivament minn jekk ditta tal-investiment msemmija f’dan il-paragrafu tagħmilx użu mid-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tal-paragrafu 4 ma għandux japplika għal tali ditta tal-investiment.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|