|
+Artikolu 64 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 |
Artikolu 64 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014Artikolu 64 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 Fl-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ), jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *11 ) ( 15 ), ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li mhumiex ditti tal-investiment msemmija fl-Artikolu 192) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftiehmu kif ġej:
(a)
ir-referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-proporzjon kapitali totali f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(b)
ir-referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 immultiplikat bi 12,5. F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *12 ) ( 16 ), ir-referenzi għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|