+TITLE III AMENDMENTS TO OTHER REGULATIONS
---+Artikolu 61 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
---+Artikolu 62 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013
---+Artikolu 63 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014
---+Artikolu 64 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014
|
TITLE III AMENDMENTS TO OTHER REGULATIONS
TITLE III AMENDMENTS TO OTHER REGULATIONS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
|
Artikolu 61
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010
Fil punt (2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jiżdied il-punt li ġej:
“(viii)
fir-rigward tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*1
) u tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
), l-awtoritajiet kompetenti kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3) ta' dik id-Direttiva.''.
|
|
Artikolu 62 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
Artikolu 62
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:
(1)
it-titolu jinbidel b'dan li ġej:”.
“Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012”;
(2)
fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5.
Meta japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(2) u 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
) fir-rigward tad-ditti tal-investiment msemmija f'dawk il-paragrafi, l-awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*4
) għandhom jittrattaw lil dawk id-ditti tal-investiment daqs li kieku kienu ''istituzzjonijiet'' skont dan ir-Regolament.
(3)
l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(1)
‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess;
(b)
li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*5
), fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża tal-investiment kollettiv jew impriża tal-assigurazzjoni:
(i)
il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriża ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;
(ii)
il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha f'dak il-grupp li individwalment ikollhom assi totali ta' anqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun; jew
(iii)
il-valur totali tal-assi tal-impriża jkun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE jkun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni f’konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta’ ċirkomvenzjoni u riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
għall-finijiet tal-punti (b)(ii) u (b)(iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp;
(b)
il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(2)
‘ditta tal-investiment’ tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li tkun awtorizzata skont dik id-Direttiva iżda teskludi l-istituzzjonijiet ta” kreditu;''
(c)
il-punt (3) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(3)
‘istituzzjoni’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE jew impriża kif imsemmi fl-Artikolu 8a(3);”;
(e)
il-punt (26) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(26)
''istituzzjoni finanzjarja'' tfisser impriża għajr istituzzjoni u għajr kumpannija holding industrijali pura, li l-attività prinċipali tagħha tkun l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet jew li ssegwi attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-punti 2 sa 12 u l-punt 15, tal-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, inkluża ditta tal-investiment, kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni ta' pagament fis-sens tad-Direttiva (UE) 2015/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*6
), u kumpannija tal-ġestjoni tal-assi, iżda esklużi kumpanniji azzjonarji tal-assigurazzjoni u kumpaniji azzjonarji tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definit fil-punti (f) u (g) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;
(f)
il-punt (29a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(29a)
‘ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru’ tfisser impriża prinċipali fi Stat Membru li hija ditta tal-investiment;”;
(g)
il-punt (29b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(29b)
‘ditta tal-investiment prinċipali tal-UE’ tfisser impriża prinċipali tal-UE li hija ditta tal-investiment;”;
(h)
il-punt (51) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(51)
‘kapital inizjali’ tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE;”;
(i)
il-punt (60) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(60)
‘strument ta’ flus assimilat’ tfisser ċertifikat ta’ depożitu, bond. li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment, li għaliha l-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li għandu jiġi rimborżat mingħajr kondizzjonijiet mill-istituzzjoni jew id-ditta tal-investiment bil-valur nominali tiegħu;”;
(j)
fil-punt (72), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa kkunsidrat ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;”;
(k)
jiżdied il-punt li ġej:
“(150)
‘negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet’ tfisser impriża li n-negozju prinċipali tagħha jikkonsisti esklużivament fil-forniment ta’ servizzi jew ta’ attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ derivati ta’ komoditajiet jew ma’ kuntratti ta’ derivati ta’ komoditajiet imsemmija fil-punti (5), (6), (7), (9) u (10), derivati tal-kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 4, jew kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;”;
(4)
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4.
L-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sitta u fil-punt (d) tal-artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.
L-istituzzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-Artikolu 413(1) u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-likwidità assoċjati stabbiliti fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament:
(a)
l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(b)
istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 16 u l-punt (a) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*7
), sakemm dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjoni tal-maturità sinifikanti; u
(c)
istituzzjonijiet li huma deżinjati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, dment li:
(i)
l-attivitajiet tagħhom huma limitati sabiex joffru servizzi ta' tip bankarju, kif imsemmi fit-Taqsima C tal-Anness għal dak ir-Regolament, għal depożitorji ċentrali tat-titoli awtorizzati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament; u
(ii)
dawn ma jwettqu l-ebda trasformazzjonijiet tal-maturità sinifikanti.”;
(b)
il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5.
L-istituzzjonijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu eżerċitaw id-deroga speċifikata fl-Artikolu 7(1) jew (3) ta' dan ir-Regolament u l-istituzzjonijiet li huma awtorizzati wkoll f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Parti Sebgħa u r-rekwiżiti ta' rapportar dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ assoċjat stabbilit fil-Parti Sebgħa A ta' dan ir-Regolament fuq bażi individwali.”;
(5)
jiddaħħal l-artikolu li ġej fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed:
“Artikolu 10a
L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata fejn id-ditti tal-investiment huma impriżi prinċipali
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, id-ditti tal-investiment għandhom jitqiesu bħala kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru jew f’kumpanniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni meta tali ditti tal-investiment ikunu impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni jew ta’ ditta tal-investiment soġġetta għal dan ir-Regolament li hija msemmija fl-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.”;
(6)
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 4 hu sostitwit b'dan li ġej:
“4.
L-istituzzjonijiet prinċipali tal-UE għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom meta l-grupp jinkludi istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment waħda jew iktar li huma awtorizzati li jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment elenkati fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.
Meta tkun ingħatat rinunzja skont l-Artikolu 8(1) sa (5), l-istituzzjonijiet u, fejn applikabbli, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma parti minn sottogrupp ta' likwidità għandhom jikkonformaw mal-Parti Sitta u l-punt (d) tal-Artikolu 430(1) ta' dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata jew fuq il-bażi subkonsolidata tas-sottogrupp ta' likwidità.”;
(7)
l-Artikoli 15, 16 u 17 huma mħassra;
(8)
fl-Artikolu 81(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(ii)
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
(iii)
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja li tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bai sub-konsolidata, kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
(v)
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;”;
(9)
fl-Artikolu 82, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(ii)
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
(iii)
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedjali tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi sub-konsolidata, jew kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
(v)
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;”;
(10)
l-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:
▼C2
(a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ interessi minoritarji ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni billi jnaqqsu mill-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b), kif ġej:
(a)
il-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta' dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
—
is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfatti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni,
—
meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE)2019/2034 u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi, sa fejn dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;
(ii)
l-ammont tal-kapital konsolidat ta’ kapital Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jirrelata għal dik is-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;
(b)
l-interessi minoritarji tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ dik l-impriża.”;
▼B
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033, l-interess minoritarju fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandux ikun rikonoxxut f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.”;
(11)
l-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:
▼C2
(a)
il-paragrafu 1huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-kapital kwalifikattiv ta' Grad 1 ta' dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
(a)
il-kapital ta’ Grad 1 tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont tal-kapital Grad 1 tas-sussidjarja li jkun meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
—
is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-Kapital ta’ Grad 1,
—
meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sa fejn dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital Grad 1;
(ii)
l-ammont tal-kapital konsolidat tal-Grad 1 relatat mas-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-kapital ta’ Grad 1;
(b)
il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 tas-sussidjarja espress bħala perċentwal tal-entrati kollha ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża.”;
▼B
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, fejn applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033,l-istrumenti ta’ Grad 1 fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.”;
(12)
l-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:
▼C2
(a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
(a)
il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja meħtieġ biex jissodisfa dan li ġej:
—
is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata tal-kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi,
—
meta s-sussidjarja tkun ditta tal-investiment, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 2019/2034, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;
(ii)
l-ammont tal-fondi proprji li jirrigwarda s-sussidjarja li jkun meħtieġ fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 92(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinata ta’ kapital definit fil-punt (6) tal-Artikolu 128 ta’ dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f’pajjiżi terzi;
(b)
il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tas-somma tal-entrati kollha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-entrati tal-Grad 2, bl-esklużjoni tal-ammonti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 62, ta’ dik l-impriża.”;
▼B
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2019/2033], l-istrumenti ta’ fondi proprji fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.”;
(13)
l-Artikolu 93 huwa emendat kif ġej:
(a)
jitħassar il-paragrafu 3;
(b)
il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“4.
Fejn il-kontroll ta’ istituzzjoni li taqa’ fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra mill-persuna li preċedentement kienet tikkontrolla l-istituzzjoni, l-ammont tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni għandu jilħaq l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ.
5.
Fejn ikun hemm fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet jew aktar li jaqgħu fil-kategorija msemmija fil-paragrafi 2, l-ammont tal-fondi proprji tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-fużjoni ma għandux jaqa’ taħt it-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet fużi meta tkun saret il-fużjoni, sakemm l-ammont ta’ kapital inizjali meħtieġ ma jkunx intlaħaq.
6.
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun meħtieġ li biex jiżguraw is-solvenza ta’ istituzzjoni jiġi ssodisfat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5 ma għandhomx japplikaw.”;
(14)
fil-Kapitolu 1 tat-Titolu I tat-Tielet Parti, it-Taqsima 2 (l-Artikoli 95 sa 98) hija mħassra b'effett mis-26 ta’ Ġunju 2026;
(15)
fl-Artikolu 119, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5.
L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti u soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali komparabbli għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet f’termini ta’ robustezza għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, ir-rekwiżiti prudenzjali dstabbiti fir-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu kkunsidrati bħala paragunabbli għal dawk applikati għal istituzzjonijiet f'termini ta' robustezza.”;
(16)
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 162(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
skoperturi għal istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment li jirriżultaw mis-saldu ta’ obbligi ta’ kambju;”;
(17)
l-Artikolu 197 huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(c)
titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet jew minn ditti tal-investiment li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI li ġiet iddeterminata mill-ABE li hija assoċjata mal-livell 3 jew ogħla tal-kwalità tal-kreditu skont ir-regoli għall-ponderazzjoni tar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet skont il-Kapitolu 2;”;
(b)
fil-paragrafu 4, il-frażi introduttorju hija sostitwita b'dan li ġej:
“4.
Istituzzjoni tista’ tuża titoli ta’ dejn li jinħarġu minn istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment oħra u li ma jkollhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI bħala kollateral eliġibbli fejn dawk it-titoli ta' dejn jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin”:
(18)
fl-Artikolu 200, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c)
strumenti maħruġa minn istituzzjoni jew minn ditta tal-investiment ta' parti terza li għandhom jiġu riakkwistati minn dik l-istituzzjoni jew minn dik id-ditta tal-investiment fuq talba.”;
(19)
fl-Artikolu 202, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:
''Istituzzjoni tista’ tuża istituzzjonijiet, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u aġenziji ta’ esportazzjoni tal-kreditu bħala fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu li jikkwalifikaw għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(3) fejn jilħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:''.
(20)
fl-Artikolu 224, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“6.
Għal titoli ta’ dejn mhux ikklassifikati maħruġa mill-istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment u li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-Artikolu 197(4), l-aġġustamenti għall-volatilità huma l-istess bħal għat-titoli maħruġa minn istituzzjonijiet jew korporattivi b’valutazzjoni tal-kreditu esterna assoċjata mal-livelli 2 jew 3 tal-kwalità tal-kreditu.”;
(21)
fl-Artikolu 227(3), jiddaħħal il-punt li ġej:
(22)
fl-Artikolu 243(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Fil-każ ta’ riċevibbli tan-negozju, il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ma japplikax meta r-riskju tal-kreditu ta’ dawk ir-riċevibbli tan-negozju jkun kopert b’mod sħiħ mill-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli b’konformità mal-Kapitolu 4, dment li, f’dak il-każ, il-fornitur tal-protezzjoni jkun istituzzjoni, ditti tal-investiment, impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni.”;
(23)
fl-Artikolu 382(4), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b)
transazzjonijiet intragrupp kif previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, dment li l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li jirrikjedu s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, li f'dak il-każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu li dawk it-transazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet separati strutturalment jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;”;
(24)
l-Artikolu 388 huwa mħassar;
▼C2
(25)
fl-Artikolu 395, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Istituzzjoni ma għandhiex iġġarrab skopertura lil klijent jew grupp ta' klijenti konnessi li l-valur tagħha jaqbeż l-25% tal-kapital ta' Grad 1 tagħha, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403. Fejn dak il-klijent ikun istituzzjoni jew ditti tal-investiment, jew fejn grupp ta’ klijenti konnessi jinkludi istituzzjoni waħda jew aktar jew ditti tal-investiment, dak il-valur ma għandux jaqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni jew EUR 150 miljun, liema minnhom ikun l-ogħla, bil-kondizzjoni li s-somma tal-valuri tal-iskopertura, wara li jiġi kkunsidrat l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu skont l-Artikoli 399 sa 403, għall-klijenti konnessi kollha li mhumiex istituzzjonijiet jew ditti tal-investiment, ma tkunx taqbeż il-25 % tal-kapital tal-Grad 1 tal-istituzzjoni.”;
▼B
(26)
l-Artikolu 402(3) huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
il-kontroparti hija istituzzjoni jew ditta tal-investiment;”;
(b)
il-punt (e) hu sostitwit b'dan li ġej:
“(e)
l-istituzzjoni tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 394 l-ammont totali ta' skoperturi għal kull istituzzjoni jew ditti tal-investiment oħra li huma trattati skont dan il-paragrafu.”.
(27)
fl-Artikolu 412, il-paragrafu 4a huwa sostitwit b'dan li ġej:
“4a.
L-Att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandu japplika għall-istituzzjonijiet'”.
(28)
fil-punt (a) tal-Artikolu 422(8), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(i)
istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew ditta tal-investiment prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni, jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew ditta tal-investiment prinċipali;”;
(29)
fl-Artikolu 428a, jitħassar il-punt (d);
(30)
fl-Artikolu 430b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
Mid-data tal-applikazzjoni tal-att delegat msemmi fl-Artikolu 461a, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissofisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 94(1) u lanqas il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 325a(1) għandhom jirrapportaw, għall-poizzjonijiet kollha tal-ktieb tan-negozju tagħhom li huwa soġġetti għall-kambju barrani jew riskji tal-komodità, ir-riżultati tal-kalkoli bbażati fuq l-użu tal-approċċ standardizzat stabbilit fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta fuq l-istess bażi bħar-rapportar minn tali istituzzjonijiet tal-obbligi stabbiliti fil-punti (b)(i) u (c) tal-Artikolu 92(3).”;
(31)
fl-Artikolu 456(1) jitħassru l-punti (f) u (g);
(32)
l-Artikolu 493 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
“Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq skoperturi kbar kif stabbiliti fl-Artikoli 387 sa 403) ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom, fil-31 ta’ Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*8
).
(b)
jitħassar il-paragrafu 2;
▼C2
(33)
l-Artikolu 498 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 498
Eżenzjoni għal negozjanti tal-komoditajiet
Sas-26 ta’ Ġunju 2021, id-dispożizzjonijiet fuq ir-rekwiżiti tal-fondi proprji kif stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal ditti tal-investiment li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investiment jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti (5), (6), (7), (9), (10) u (11) tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE u li ma applikatx għalihom id-Direttiva 2004/39/KE fil-31 ta’ Diċembru 2006.”;
▼B
(34)
fl-Artikolu 508 jitħassru l-paragrafi 2 u 3;
(35)
fil-punt (1) tal-Anness I, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(d)
approvazzjonijiet fuq kambjali li ma jkollhomx l-isem ta’ istituzzjoni oħra jew ditta tal-investiment;”;
(36)
l-Anness III huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-punt (3), il-punt(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.”;
(b)
fil-punt (5), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
mhumiex obbligazzjoni fuq istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew fuq waħda mill-entitajiet affiljati tagħha.”;
(c)
fil-punt (6) il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a)
ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħha;”;
(d)
il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7.
Sigurtajiet trasferibbli minbarra dawk imsemmija fil-punti 3 sa 6 li jikkwalifikaw għal piż tar-riskju ta' 50 % jew aħjar skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta jew li huma klassifikati internament bi kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, u ma jirrappreżentawx pretensjoni fuq SSPE, istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet affiljati tagħhom;”;
(e)
il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“11.
Azzjonijiet ta' ekwità komuni skambjati fuq borża u kklerjati ċentralment, li huma kostitwent ta' indiċi ta' borża ewlieni, denominati fil-munita domestika tal-Istat Membru u mhux maħruġin minn istituzzjoni jew ditta tal-investiment jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tagħha.”.
|
|
Artikolu 63 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014
|
Artikolu 63
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 600/2014
Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 huwa emendat kif ġej:
(1)
fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“4a.
Il- Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għal ditti minn pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi ta’ investiment jew li jwettqu attivitajiet ta' investiment fi ħdan l-Unjoni.”;
(2)
fit-Titolu III, it-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“TRASPARENZA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI U GĦAD-DITTI TAL- INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW OTC U REĠIMI GĦALL-FLUTTWAZZJONIJIET MINIMI POSSIBBLI FIL-PREZZIJIET GĦAL INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI”;
(3)
jiddaħħal l-artikolu li ġej:
“Artikolu 17a
Daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet
Il-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistematiċi, it-titjib tal-prezz fuq dawk il-kwotazzjonijiet u l-prezzijiet tal-eżekuzzjoni, għandhom jikkonformaw mad-daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet f'konformità mal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/65/UE.
L-applikazzjoni tad-daqsijiet tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet m’għandhiex tipprevjeni lill-internalizzaturi sistematiċi li jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f’nofs l-offerta kurrenti u toffri prezzijiet.”;
(4)
l-Artikolu 46 huwa emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:
“(d)
id-ditta stabbilixxiet l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 6a.”;
(b)
fil-paragrafu 4, il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“L-Istati Membri jistgħu jippermettu li ditti minn pajjiżi terzi jipprovdu servizzi ta’ investiment lil, jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment flimkien ma’ servizzi anċillari għal, kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fit-territorji tagħhom b’konformità mar-reġimi nazzjonali fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 47(1) jew meta tali deċiżjoni tkun ġiet adottata iżda jew ma tkunx għadha effettiva jew ma tkoprix is-servizzi jew l-attivitajiet ikkonċernati.”;
(c)
fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kontroparti eliġibbli jew klijent professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta’ servizz jew attività ta’ investiment minn ditta ta' pajjiż terz, dan l-Artikolu ma japplikax għall-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività. Mingħajr preġudizzju għal relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ tali ditta tal-pajjiż terz jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali entità, tissolleċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, ma għandhiex titqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent. Inizjattiva minn tali klijenti ma għandhiex tintitola lid-ditta ta' pajjiż terz li tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta’ prodotti tal-investiment jew servizzi tal-investiment lil dak l-individwu.”;
(d)
jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“6a.
ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu għandhom, fuq bażi annwali, jinformaw lill-ESMA b'dan li ġej:
(a)
l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mid-ditti fl-Unjoni, inkluż id-distribuzzjoni ġeografika madwar l-Istati Membri;
(b)
għal ditti li jwettqu l-attività msemmija fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, l-iskopertura minima, medja u massima tagħhom ta’ kull xahar għall-kontropartijiet tal-UE;
(c)
għal ditti li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw mill-kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod matul it-12-il xahar preċedenti;
(d)
il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondi għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a);
(e)
jekk sarux arranġamenti għall-protezzjoni tal-investituri, u deskrizzjoni dettaljata tagħhom;
(f)
il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġar tar-riskji applikati mid-ditta fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a)';
(g)
l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tad-ditta fl-Unjoni;
(h)
kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex l-ESMA jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
L-ESMA għandha tikkomunika l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu.
Fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’, inkluż fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu, titlob lil ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom.
6b.
Meta ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew twettaq attivitajiet skont dan l-Artikolu, hija għandha żżomm, għad-dispożizzjoni tal-ESMA, id-data relatata mal-ordnijiet kollha u t-tranżazzjonijiet kollha fl-Unjoni skont l-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, kemm jekk f’isimhom kif ukoll f’isem klijent, għal perijodu ta’ ħames snin.
Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha taċċessa d-data rilevanti miżmuma għad-dispożizzjoni tagħha f'konformità mal-ewwel subparagrafu u għandha tagħmel dik id-data disponibbli għall-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.
6c.
Meta ditta ta' pajjiż terz ma tikkooperax f’investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 47(2), jew meta ma tikkonformax ma’ talba mill-ESMA f’konformità mal-paragrafu 6a jew 6b ta' dan l-Artikolu fi żmien debitu u b'mod adatt, l-ESMA tista’ tirtira r-reġistrazzjoni tagħha jew tipprojbixxi temporanjament jew tirrestrinġi l-attivitajiet tagħha f'konformità mal-Artikolu 49.”;
(e)
►C1
il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7.
L-ESMA, b’konsultazzjoni mal-ABE, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li ditta applikant minn pajjiż terz trid tipprovdi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u l-informazzjoni li għandha tiġi rappurtata skont il-paragrafu 6a.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2020.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”; ◄
(f)
jiżdied il-paragrafu li ġej:
▼C1
“8.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format li fih l- applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi ppreżentata u li fih għandha tiġi rapportata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6a.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2020.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”;
▼B
(5)
l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(2) fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan kollu li ġej:
(a)
li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti, li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*9
), fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*10
), u fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont dawk l-atti leġislattivi;
(b)
li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju applikabbli u legalment vinkolanti; u
(c)
li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti u effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi legali ta’ pajjiżi terzi;
Meta l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu biss li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fl-atti msemmija f’dak is-subparagrafu wara valutazzjoni dettaljata u granulari. Għal dawk il-għan, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta u tqis il-konverġenza superviżorja bejn il-pajjiż terz konċernat u l-Unjoni.
1a.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li fihom l-iskala u l-ambitu tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ekwivalenza msemmija fil- paragrafu 1 x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni.
Meta l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi x’aktarx li jkunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tehmeż kondizzjonijiet operattivi speċifiċi ma’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza biex jiġi żgurat li l-ESMA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom l-għodod meħtieġa biex jipprevjenu l-arbitraġġ regolatorju u jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ ditti tal-investiment ta’ pajjiżi terzi rreġistrati skont l-Artikolu 46(2) fir-rigward ta’ servizzi pprovduti u attivitajiet imwettqa fl-Unjoni billi jiġi żgurat li dawk id-ditti jikkonformaw:
(a)
mar-rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 20 u 21;
(b)
mar-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 26, fejn tali informazzjoni ma tistax tinkiseb direttament u fuq bażi kontinwa permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil mal-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz;
(c)
ma’rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għall-obbligu ta’ negozjar imsemmi fl-Artikoli 23 u 28, fejn applikabbli.
Meta tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra jekk il-pajjiż terz humiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849.'';
“1b.
Il-qafas prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju ta’ pajjiż terz jista’ jiġi kkunsidrat li jkollu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva u infurzar fuq bażi kontinwa;
(b)
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali suffiċjenti u, b'mod partikolari, id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (3) jew (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali komparabbli ma' dawk li japplikaw kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni;
(c)
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-korp maniġerjali tagħhom;
(d)
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal imġiba kummerċjali u rekwiżiti organizzazzjonali adegwati;
(e)
it-trasparenza u l-integrità tas-suq tiġi żgurata billi jipprevjenu l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, meta tivvaluta l-ekwivalenza tar-regoli ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-obbligu ta' negozjar stabbilit fl-Artikoli 23 u 28, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz jipprevedix kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ ċentri tan-negozjar bħala eliġibbli għall-konformità mal-obbligu ta' negozjar li għandhom effett simili għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva 2014/65/UE.”;
(b)
il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
(i)
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a)
il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-Unjoni awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA, u fejn rilevanti, il-modalitajiet tal-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA, u, fejn rilevanti, l-arranġamenti għall-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA ta' informazzjoni bħal din mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;”;
(ii)
il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c)
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji inkluż investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post li tista’ twettaq l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn id-ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont l-Artikolu 46, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, wara li tkun informat kif xieraq lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tiegħu.”;
(iii)
jiżdied dan li ġej:
“(d)
il-proċeduri li jikkonċernaw talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 46 (6a) u (6b) li l-ESMA tista’ tibgħat lil ditta ta' pajjiż terz irreġistrata skont l-Artikolu 46(2).”';
(c)
jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
“5.
L-ESMA għandha timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta' infurzar u żviluppi oħra fis-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew adottati deċiżjonijiet ta' ekwivalenza mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 sabiex tivverifika li l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet għadhom sodisfatti. L-ESMA għandha tippreżenta rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Fejn jitqies xieraq mill-ESMA, l-ESMA tista’ tikkonsulta lill-ABE fir-rigward tar-rapport.
Ir-rapport għandu jirrifletti wkoll ix-xejriet osservati abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 46(6a), b’mod partikolari fir-rigward ta’ ditti li jipprovdu servizzi jew iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.
6.
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jinkludi lista tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza meħuda jew irtirati mill-Kummissjoni fis-sena ta’ rapportar, kif ukoll kwalunkwe miżura meħuda mill-ESMA skont l-Artikolu 49, u jipprovdi r-raġunament għal dawk id-deċiżjonijiet u l-miżuri.
Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta’ infurzar u żviluppi oħra tas-suq rilevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Għandu wkoll jieħu kont ta’ kif il-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ investiment minn ditti ta' pajjiżi terzi evolviet b’mod ġenerali u b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE. Fi żmien debitu, ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza li għaddejjin li l-Kummissjoni qed twettaq fir-rigward ta’ pajjiż terz.”;
▼C2
(6)
l-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 49
Miżuri li għandhom jittieħdu mill-ESMA
1.
L-ESMA tista’ temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi ditta ta' pajjiż terz milli tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment b’ xi servizz anċillari jew mingħajru skont l-Artikolu 46(1) meta d-ditta ta' pajjiż terz tkun naqset milli tikkonforma ma’ kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni imposta mill-ESMA jew mill-ABE skont l-Artikoli 40 u 41 jew minn awtorità kompetenti skont l-Artikolu 42, tkun naqset milli tikkonforma ma’ talba mill-ESMA f’konformità mal-Artikolu 46(6a) u (6b) fiż-żmien debitu u l-mod adatt, jew meta d-ditta ta' pajjiż terz ma tikkooperax ma’ investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 47(2).
2.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ ditta ta' pajjiż terz fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 48, meta l-ESMA tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri jew il-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, jew tkun naqset milli turi li d-ditta mill-pajjiż terz ikkonċernat tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għaliha fil-pajjiż terz, jew mal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1), u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz qed taġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq;
(b)
L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz tkun kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1).
3.
L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tieħu azzjoni fi żmien debitu f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2.
Meta tiddeċiedi dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tar-riskju maħluq għall-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
(a)
id-durata u l-frekwenza tar-riskju li jirriżulta;
(b)
jekk ir-riskju jkunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tad-ditti ta' pajjiż terz;
(c)
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew attribwit b'mod ieħor għar-riskju;
(d)
jekk ir-riskju jkunx seħħ intenzjonalment jew b’negliġenza.
L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni u lid-ditta minn pajjiż terz ikkonċernat dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-websajt tagħha.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet skont liema ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1) għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.”;
(6a)
l-Artikolu 50 huwa emendagt kif ġej:
(a)
il-pararafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2.
Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 47(1a) u l-Artikolu 52(10) u (12) għandha tkun konferita fuq il-Kmmissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit mit-2 ta’ Lulju 2014.”;
(b)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 47(1)(a) u l-Artikolu 52(10) u (12) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol tkun effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.”;
(c)
il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“5.
Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), l-Artikolu 19(2) u (3), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 47(1a) u l-Artikolu 52(10) jew (12) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;
(7)
fl-Artikolu 52, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“13.
Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-ESMA għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta’ persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f’konformità mal-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2019/2033 u tippreżenta rapport dwar dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.”;
▼B
(8)
fl-Artikolu 54 il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1.
Ditti minn pajjiżi terzi jistgħu jkomplu jipprovdu s-servizzi u l-attivitajiet fl-Istati Membri, skont ir-reġimi nazzjonali, sa tliet snin wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni rigward il-pajjiż terz rilevanti f’konformità mal-Artikolu 47. Is-servizzi u l-attivitajiet mhux koperti b’tali deċiżjoni jistgħu jibqgħu jiġu pprovduti skont ir-reġim nazzjonali.”.
|
|
Artikolu 64 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014
|
Artikolu 64
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 806/2014
Fl-Artikolu 12a tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
), jiżdied il-paragrafu li ġej:
“3.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*11
)
(
15
), ir-referenzi għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li mhumiex ditti tal-investiment msemmija fl-Artikolu 192) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jinftiehmu kif ġej:
(a)
ir-referenzi għall-punt (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżit tal-proporzjon kapitali totali f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għall-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033;
(b)
ir-referenzi għall-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f’dan ir-Regolament għandhom jirreferu għar-rekwiżit applikabbli fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 immultiplikat bi 12,5.
F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*12
) (
16
), ir-referenzi għall-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE f’dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ta’ ditti tal-investiment imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li ma jkunux ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jiġu interpretati bħala li jirreferu għall-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034”.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2033
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|