+Artikolu 4 Rikonoxximent uffiċjali, sħubija u superviżjoni
---+Article 4 1.
---+Article 4 2.
---+Article 4 3.
---+Article 4 4.
---+Article 4 5.
---+Article 4 6.
---+Article 4 7.
---+Article 4 8.
---+Article 4 9.
---+Article 4 10.
---+Article 4 11.
---+Article 4 12.

Artikolu 4 Rikonoxximent uffiċjali, sħubija u superviżjoni

Artikolu 4

Rikonoxximent uffiċjali, sħubija u superviżjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li fit-territorju tiegħu, waħda jew aktar SGD jkunu introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti.

Dan m’għandux jipprekludi l-fużjoni ta’ SGD ta’ Stati Membri differenti jew l-istabbiliment ta’ SGD transkonfinali. L-approvazzjoni ta’ tali SGD transkonfinali jew magħquda għandha tinkiseb mill-Istati Membri fejn l-SGD kkonċernati jkunu stabbiliti.

2.  Skema kuntrattwali kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2)) ta’ din id-Direttiva tista’ tiġi uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD jekk tikkonforma ma’ din id-Direttiva.

IPS tista’ tiġi uffiċjalment rikonoxxuta bħala SGD jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tkun konformi ma’ din id-Direttiva.

3.  Ebda istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE m’għandha tieħu depożiti sakemm ma tkunx membru ta’ skema uffiċjalment rikonoxxuta fl-Istat Membru domiċiljari tagħha skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Jekk istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi tagħha bħala membru ta’ SGD, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu nnotifikati minnufih u, f’koordinazzjoni mal-SGD, għandhom jieħdu fil-pront il-miżuri kollha xierqa inkluża, jekk meħtieġa, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet li jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konformi mal-obbligi tagħha.

5.  Jekk il-miżuri meħudin taħt il-paragrafu 4 jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tal-istituzzjoni ta’ kreditu, l-SGD tista’, soġġett għal-liġi nazzjonali u għall-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux anqas minn xahar tal-intenzjoni tagħha li teskludi l-istituzzjoni ta’ kreditu mis-sħubija tal-SGD. Id-depożiti magħmula qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ dik in-notifika għandhom jibqgħu koperti bis-sħiħ mill-SGD. Jekk, meta jiskadi l-perijodu ta’ dik in-notifika, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi tagħha, l-SGD għandha teskludi l-istituzzjoni ta’ kreditu.

6.  Id-depożiti miżmumin fid-data li fiha istituzzjoni ta’ kreditu tiġi eskluża mis-sħubija fl-SGD għandhom ikomplu jiġu koperti minn dak l-SGD.

7.  L-awtoritajiet maħturin għandhom jissorveljaw l-SGD kollha msemmijin fl-Artikolu 1 fuq bażi kontinwa għall-konformità tagħhom ma’ din id-Direttiva.

L-SGD transkonfinali, għandhom jiġu sorveljati minn rappreżentanti tal-awtoritajiet maħturin tal-Istati Membri fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati huma awtorizzati

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li SGD, fi kwalunkwe ħin u fuq talba tal-SGD, jirċievu mingħand il-membri tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja għal ħlas lura tad-depożitanti, inklużi l-marki skont l-Artikolu 5(4).

9.  L-SGD għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data li tappartjeni għal kontijiet tad-depożitanti. L-ipproċessar ta’ tali data għandu jitwettaq f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

10.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jwettqu testijiet ta’ stress tas-sistemi tagħhom u li l-SGD jiġu informati malajr kemm jista’ jkun fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jiskopru problemi f’istituzzjoni ta’ kreditu li x’aktarx jagħtu lok għall-intervent ta’ SGD.

Tali testijiet għandhom isiru tal-anqas kull tliet snin u aktar ta’ spiss fejn xieraq. L-ewwel test għandu jsir sat-3 ta’ Lulju 2017.

Abbażi tar-riżultati tat-testijiet tal-istress, l-ABE għandha, mill-inqas kull ħames snin, twettaq analiżijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sabiex tiġi eżaminata r-reżiljenza tal-SGD. L-SGD għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 70 ta’ dak ir-Regolament meta jiskambjaw informazzjoni mal-ABE.

11.  L-SGD għandhom jużaw l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu testijiet ta’ stress tas-sistemi tagħhom biss għat-twettiq ta’ dawk it-testijiet u għandhom iżommu din l-informazzjoni mhux iktar milli hu meħtieġ għal dik il-fini.

12.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD tagħhom ikollhom stabbiliti prattiki ta’ governanza tajbin u trasparenti. L-SGD għandhom jipproduċu rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 4 1.
Each Member State shall ensure that within its territory one or more DGSs are introduced and officially recognised.

This shall not preclude the merger of DGSs of different Member States or the establishment of cross-border DGSs. Approval of such cross-border or merged DGSs shall be obtained from the Member States where the DGSs concerned are established.

Article 4 2.
A contractual scheme as referred to in point (b) of Article 1(2) of this Directive may be officially recognised as a DGS if it complies with this Directive.

An IPS may be officially recognised as a DGS if it fulfils the criteria laid down in Article 113(7) of Regulation (EU) No 575/2013 and complies with this Directive.

Article 4 3.
A credit institution authorised in a Member State pursuant to Article 8 of Directive 2013/36/EU shall not take deposits unless it is a member of a scheme officially recognised in its home Member State pursuant to paragraph 1 of this Article.
Article 4 4.
If a credit institution does not comply with the obligations incumbent on it as a member of a DGS, the competent authorities shall be notified immediately and, in cooperation with the DGS, shall promptly take all appropriate measures including if necessary the imposition of penalties to ensure that the credit institution complies with its obligations.
Article 4 5.
If the measures taken under paragraph 4 fail to secure compliance on the part of the credit institution, the DGS may, subject to national law and the express consent of the competent authorities, give not less than one month’s notice of its intention to exclude the credit institution from membership of the DGS. Deposits made before the expiry of that notice period shall continue to be fully covered by the DGS. If, on expiry of that notice period, the credit institution has not complied with its obligations, the DGS shall exclude the credit institution.
Article 4 6.
Deposits held on the date on which a credit institution is excluded from membership of the DGS shall continue to be covered by that DGS.
Article 4 7.
The designated authorities shall supervise DGSs referred to in Article 1 on an ongoing basis as to their compliance with this Directive.

Cross-border DGSs shall be supervised by representatives of the designated authorities of the Member States where the affiliated credit institutions are authorised.

Article 4 8.
Member States shall ensure that a DGS, at any time and upon the DGS’s request, receives from their members all information necessary to prepare for a repayment of depositors, including markings under Article 5(4).
Article 4 9.
DGSs shall ensure the confidentiality and the protection of the data pertaining to depositors’ accounts. The processing of such data shall be carried out in accordance with Directive 95/46/EC.
Article 4 10.
Member States shall ensure that DGSs perform stress tests of their systems and that the DGSs are informed as soon as possible in the event that the competent authorities detect problems in a credit institution that are likely to give rise to the intervention of a DGS.

Such tests shall take place at least every three years and more frequently where appropriate. The first test shall take place by 3 July 2017.

Based on the results of the stress tests, EBA shall, at least every five years, conduct peer reviews pursuant to Article 30 of Regulation (EU) No 1093/2010 in order to examine the resilience of DGSs. DGSs shall be subject to the requirements of professional secrecy in accordance with Article 70 of that Regulation when exchanging information with EBA.

Article 4 11.
DGSs shall use the information necessary to perform stress tests of their systems only for the performance of those tests and shall keep such information no longer than is necessary for that purpose.
Article 4 12.
Member States shall ensure that their DGSs have in place sound and transparent governance practices. DGSs shall produce an annual report on their activities.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.