+Artikolu 6 Livell ta’ kopertura
---+Article 6 1.
---+Article 6 2.
---+Article 6 3.
---+Article 6 4.
---+Article 6 5.
---+Article 6 6.
---+Article 6 7.

Artikolu 6 Livell ta’ kopertura

Artikolu 6

Livell ta’ kopertura

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell ta’ kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandu jkun ta’ EUR 100 000 fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.

2.  Addizzjonalment għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti li ġejjin ikunu protetti ‘l fuq minn EUR 100 000 għal mill-inqas tliet xhur u mhux aktar minn 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat jew mill-mument meta tali depożiti jsiru legalment trasferibbli.

(a) depożiti li jirriżultaw minn transazzjonijiet fuq proprjetà immobiljari relatati ma’ proprjetajiet ta’ residenza privata;

(b) depożiti li jaqdu skopijiet soċjali definiti fil-liġi nazzjonali u li huma marbutin ma’ avvenimenti partikolari matul il-ħajja ta’ depożitant bħal żwieġ, divorzju, irtirar, tkeċċija, senjsar, invalidità jew mewt;

(c) depożiti li jaqdu finijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali u li huma bbażati fuq il-ħlas ta’ benefiċċji ta’ assigurazzjoni jew kumpens għal korrimenti kriminali jew kundanna inġusta.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu skemi li jipproteġu prodotti ta’ provediment u pensjonijiet tal-anzjanità, sakemm dawn l-iskemi ma jkoprux biss id-depożiti iżda joffru kopertura komprensiva tal-prodotti u s-sitwazzjonijiet rilevanti f’dan ir-rigward.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħlasijiet lura jsiru fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) il-munita tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-SGD;

(b) il-munita tal-Istat Membru fejn ikun residenti d-detentur tal-kont;

(c) l-euro;

(d) il-munita tal-kont;

(e) il-munita tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-kont.

Id-depożitanti għandhom jiġu informati dwar il-munita ta’ ħlas lura.

Jekk il-kontijiet ikunu nżammu f’munita differenti minn dik tal-ħlas, ir-rata tal-kambju użata għandha tkun dik tad-data li fiha l-awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (8)(a) tal-Artikolu 2(1) jew meta awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmija fil-punt (8)(b) tal-Artikolu 2(1).

5.  L-Istati Membri li jikkonvertu fil-munita nazzjonali tagħhom l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 inizjalment għandhom jużaw fil-konverżjoni r-rata tal-kambju li tipprevalixxi fit-3 ta’ Lulju 2015.

L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw għall-eqreb numru sħiħ l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni, sakemm tali aġġustament ma jeċċedix il-EUR 5 000 .

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-livelli ta’ kopertura konvertiti f’muniti oħra sal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu kull ħames snin. L-Istati Membri għandhom jagħmlu aġġustament tal-livelli ta’ kopertura aktar kmieni, wara li jikkonsultaw mal-Kummissjoni, wara li jseħħu xi avvenimenti mhux previsti bħal ċaqliq fil-munita.

6.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi rieżaminat perjodikament mill-Kummissjoni u mill-inqas darba kull ħames snin. Jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex isir aġġustament tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, b’kont meħud partikolarment ta’ żviluppi fis-settur bankarju u fis-sitwazzjoni ekonomika u dik monetarja fl-Unjoni. L-ewwel rieżami m’għandux isseħħ qabel it-3 ta’ Lulju 2020 sakemm avvenimenti mhux previsti jkunu jeħtieġu rieżami aktar kmieni.

7.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex jiġi aġġustat l-ammont imsemmi fil-paragrafu 6, tal-inqas kull ħames snin, skont l-inflazzjoni fl-Unjoni abbażi tal-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea mill-aġġustament ta’ qabel.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 6 1.
Member States shall ensure that the coverage level for the aggregate deposits of each depositor is EUR 100 000 in the event of deposits being unavailable.
Article 6 2.

In addition to paragraph 1, Member States shall ensure that the following deposits are protected above EUR 100 000 for at least three months and no longer than 12 months after the amount has been credited or from the moment when such deposits become legally transferable:

(a) 

deposits resulting from real estate transactions relating to private residential properties;

(b) 

deposits that serve social purposes laid down in national law and are linked to particular life events of a depositor such as marriage, divorce, retirement, dismissal, redundancy, invalidity or death;

(c) 

deposits that serve purposes laid down in national law and are based on the payment of insurance benefits or compensation for criminal injuries or wrongful conviction.

Article 6 3.
Paragraphs 1 and 2 shall not prevent Member States from maintaining or introducing schemes protecting old-age provision products and pensions, provided that such schemes do not only cover deposits but offer comprehensive coverage for all products and situations relevant in this regard.
Article 6 4.

Member States shall ensure that repayments are made in any of the following:

(a) 

the currency of the Member State where the DGS is located;

(b) 

the currency of the Member State where the account holder is resident;

(c) 

euro;

(d) 

the currency of the account;

(e) 

the currency of the Member State where the account is located.

Depositors shall be informed of the currency of repayment.

If accounts were maintained in a currency different from that of the payout, the exchange rate used shall be that of the date on which the relevant administrative authority makes a determination as referred to in point (8)(a) of Article 2(1) or when a judicial authority makes a ruling as referred to in point (8)(b) of Article 2(1).

Article 6 5.
Member States that convert into their national currency the amount referred to in paragraph 1 shall initially use in the conversion the exchange rate prevailing on 3 July 2015.

Member States may round off the amounts resulting from the conversion, provided that such rounding off does not exceed EUR 5 000 .

Without prejudice to the second subparagraph, Member States shall adjust the coverage levels converted into another currency to the amount referred to in paragraph 1 of this Article every five years. Member States shall make an earlier adjustment of coverage levels, after consulting the Commission, following the occurrence of unforeseen events such as currency fluctuations.

Article 6 6.
The amount referred to in paragraph 1 shall be reviewed periodically by the Commission and at least once every five years. If appropriate, the Commission shall submit to the European Parliament and to the Council a proposal for a Directive to adjust the amount referred to in paragraph 1, taking account in particular of developments in the banking sector and the economic and monetary situation in the Union. The first review shall not take place before 3 July 2020 unless unforeseen events necessitate an earlier review.
Article 6 7.
The Commission shall be empowered to adopt delegated acts in accordance with Article 18 in order to adjust the amount referred to in paragraph 6 at least every five years, in accordance with inflation in the Union on the basis of changes in the harmonised index of consumer prices published by the Commission since the previous adjustment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.