+Artikolu 8 Ħlas lura
---+Article 8 1.
---+Article 8 2.
---+Article 8 3.
---+Article 8 4.
---+Article 8 5.
---+Article 8 6.
---+Article 8 7.
---+Article 8 8.
---+Article 8 9.

Artikolu 8 Ħlas lura

Artikolu 8

Ħlas lura

1.  L-SGD għandhom jiżguraw li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (8)(a) tal-Artikolu 2(1)jew awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmija filpunt (8)(b) tal-Artikolu 2(1).

2.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu għall-perijodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023 jistabbilixxu l-perijodi ta’ ħlas lura li ġejjin sa:

(a) 20 jum ta’ xogħol sal-31 ta’ Diċembru 2018;

(b) 15-il jum ta’ xogħol mill-1 ta’ Jannar 2019 u sal-31 ta’ Diċembru 2020;

(c) 10 ijiem ta’ xogħol mill-1 ta’ Jannar 2021 u sal-31 ta’ Diċembru 2023.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti msemmija fl-Artikolu 7(3) jiġu soġġetti għal perijodu itwal ta’ ħlas lura li ma għandux jaqbeż it-tliet xhur mid-data li fiha awtorità amministrattiva rilevanti tagħmel determinazzjoni kif imsemmija fil-punt (8)(a) tal-Artikolu 2(1) jew awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni kif imsemmija fil-punt (8)(b) tal-Artikolu 2(1).

4.  Matul il-perijodu tranżizzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2023, u fejn l-SGD ma jkunux jistgħu jagħmlu l-ammont ta’ ħlas lura disponibbli fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol, huma għandhom jiżguraw li d-depożitanti jkollhom aċċess għal ammont adegwat tad-depożiti koperti tagħhom biex ikopru l-għoli tal-ħajja fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta ssir talba.

L-SGD jistgħu jagħtu aċċess għall-ammont xieraq kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu biss abbażi ta’ data provduta mill-SGD jew mill-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-ammontxieraq imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ ħlas lura kif imsemmi fl-Artikolu 7.

5.  Il-ħlas lura kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 4 jista’ jkun pospost fejn:

(a) ikun hemm inċertezza dwar jekk persuna hijiex intitolata biex tirċievi ħlas lura jew id-depożitu jkun soġġett għal tilwima legali;

(b) id-depożitu jkun soġġett għal miżuri restrittivi imposti minn gvernijiet nazzjonali jew korpi internazzjonali;

(c) b’deroga mill-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni marbuta mad-depożitu fl-aħħar 24 xahar (il-kont mhux attiv);

(d) l-ammont li jrid jitħallas lura jitqies bħala parti minn bilanċ għoli temporanju kif definit fl- Artikolu 6(2); jew

(e) l-ammont li jrid jitħallas lura jkollu jitħallas mill-SGD tal-Istat Membru ospitanti f’konformità mal-Artikolu 114(2).

6.  L-ammont li jrid jitħallas lura għandu jkun disponibbli mingħajr ma tkun meħtieġa talba lill-SGD. Għal dak il-għan, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tittrasmetti l-informazzjoni meħtieġa dwar id-depożiti u d-depożitanti hekk kif tintalab mill-SGD.

7.  Kwalunkwe korrispondenza bejn l-SGD u d-depożitanti għandha ssir:

(a) fil-lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni użata mill-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed iżżomm id-depożitu kopert meta tikkomunika mad-depożitant; jew

(b) fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun jinstab id-depożitu kopert.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu topera direttament fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkollha fergħat stabbiliti, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-lingwa li kienet intgħażlet mid-depożitant meta nfetaħ il-kont.

8.  Minkejja l-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn depożitant jew kwalunkwe persuna intitolata għal jew interessata f’somom miżmuma f’kont tkun ġiet akkużata b’reat li joriġina minn jew b’relazzjoni ma’ ħasil tal-flus kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE, l-SGD tista’ tissospendi kwalunkwe pagament relatat mad-depożitant konċernat, sakemm ikun hemm sentenza mill-qorti.

9.  Ma għandu jsir l-ebda ħlas lura fejn ma jkun hemm l-ebda tranżazzjoni relatata mad-depożitu fl-aħħar 24 xahar u l-valur tad-depożitu jkun aktar baxx mill-ispejjeż amministrattivi mġarrba mill-SGD kieku jsir tali ħlas lura.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 8 1.
DGSs shall ensure that the repayable amount is available within seven working days of the date on which a relevant administrative authority makes a determination as referred to in point (8)(a) of Article 2(1) or a judicial authority makes a ruling as referred to in point (8)(b) of Article 2(1).
Article 8 2.

However, Member States may, for a transitional period until 31 December 2023, establish the following repayment periods of up to:

(a) 

20 working days until 31 December 2018;

(b) 

15 working days from 1 January 2019 until 31 December 2020;

(c) 

10 working days from 1 January 2021 until 31 December 2023.

Article 8 3.
Member States may decide that deposits referred to in Article 7(3) are subject to a longer repayment period, which does not exceed three months from the date on which a relevant administrative authority makes a determination as referred to in point (8)(a) of Article 2(1) or a judicial authority makes a ruling as referred to in point (8)(b) of Article 2(1).
Article 8 4.
During the transitional period until 31 December 2023, where DGSs cannot make the repayable amount available within seven working days they shall ensure that depositors have access to an appropriate amount of their covered deposits to cover the cost of living within five working days of a request.

DGSs shall only grant access to the appropriate amount as referred to in the first subparagraph on the basis of data provided by the DGS or the credit institution.

The appropriate amount as referred to in the first subparagraph shall be deducted from the repayable amount as referred to in Article 7.

Article 8 5.

Repayment as referred to in paragraphs 1 and 4 may be deferred where:

(a) 

it is uncertain whether a person is entitled to receive repayment or the deposit is subject to legal dispute;

(b) 

the deposit is subject to restrictive measures imposed by national governments or international bodies;

(c) 

by way of derogation from paragraph 9 of this Article there has been no transaction relating to the deposit within the last 24 months (the account is dormant);

(d) 

the amount to be repaid is deemed to be part of a temporary high balance as defined in Article 6(2); or

(e) 

the amount to be repaid is to be paid out by the DGS of the host Member State in accordance with Article 14(2).

Article 8 6.
The repayable amount shall be made available without a request to a DGS being necessary. For that purpose, the credit institution shall transmit the necessary information on deposits and depositors as soon as requested by the DGS.
Article 8 7.

Any correspondence between the DGS and the depositor shall be drawn up:

(a) 

in the official language of the Union institutions that is used by the credit institution holding the covered deposit when writing to the depositor; or

(b) 

in the official language or languages of the Member State in which the covered deposit is located.

If a credit institution operates directly in another Member State without having established branches, the information shall be provided in the language that was chosen by the depositor when the account was opened.

Article 8 8.
Notwithstanding the time limit laid down in paragraph 1 of this Article, where a depositor or any person entitled to or interested in sums held in an account has been charged with an offence arising out of or in relation to money laundering as defined in Article 1(2) of Directive 2005/60/EC, the DGS may suspend any payment relating to the depositor concerned, pending the judgment of the court.
Article 8 9.
No repayment shall be made where there has been no transaction relating to the deposit within the last 24 months and the value of the deposit is lower than the administrative costs that would be incurred by the DGS in making such a repayment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.