|
+Artikolu 11 Użu ta’ fondi ---+Article 11 1. ---+Article 11 2. ---+Article 11 3. ---+Article 11 4. ---+Article 11 5. ---+Article 11 6. |
Artikolu 11 Użu ta’ fondiArtikolu 11 Użu ta’ fondi 1. Il-mezzi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jintużaw prinċipalment sabiex jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva. 2. Il-mezzi finanzjarji ta’ SGD għandhom jintużaw biex tiġi ffinanzjata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE. L-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tiddetermina, wara konsultazzjoni mal-SGD, l-ammont li bih hija responsabbli l-SGD. 3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li SGD tuża l-mezzi finanzjarji disponibbli għal miżuri alternattivi sabiex tevita falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ma ħadet l-ebda azzjoni ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE; (b) l-SGD għandha sistemi u proċeduri xierqa għall-għażla u l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-monitoraġġ tar-riskji affiljati; (c) l-ispejjeż tal-miżuri ma jaqbżux l-ispejjeż meħtieġa biex jiġi sodisfatt il-mandat statutorju jew kuntrattwali tal-SGD; (d) l-użu ta’ miżuri alternattivi mill-SGD huwa marbut ma’ kondizzjonijiet imposti fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed tiġi appoġġata, u jinkludi tal-anqas monitoraġġ imsaħħaħ tar-riskji u aktar drittijiet tal-verifika tal-SGD; (e) l-użu ta’ miżuri alternattivi mill-SGD huwa marbut ma’ impenji mill-istituzzjoni ta’ kreditu li qed tiġi appoġġata bil-ħsieb li jiġi żgurat l-aċċess għal depożiti koperti; (f) il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati li jħallsu l-kontribuzzjonijiet straordinarji skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu huwa konfermat fil-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti. L-SGD għandha tikkonsulta mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti dwar il-miżuri u l-kondizzjonijiet imposti fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu. 4. Ma għandhomx jiġu applikati miżuri alternattivi kif imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fejn l-awtorità kompetenti wara konsultazzjoni mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni, tikkunsidra bħala sodisfatti l-kondizzjonijiet għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. 5. Jekk jintużaw mezzi finanzjarji disponibbli f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati għandhom immedjatament jipprovdu lill-SGD bil-mezzi użati għal miżuri alternattivi, fejn meħtieġ fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji, fejn: (a) tinqala’ l-ħtieġa li jiġu mħallsa lura d-depożitanti u l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-SGD jammontaw għal anqas minn żewġ terzi tal-livell ta’ mira; (b) il-mezzi finanzjarji disponibbli jaqgħu taħt 25 % tal-livell ta’ mira. 6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-mezzi finanzjarji disponibbli jistgħu jintużaw ukoll biex jiffinanzjaw miżuri li jippreservaw l-aċċess tad-depożitanti għal depożiti koperti, inkluż it-trasferiment ta’ assi u obbligazzjonijiet u t-trasferiment tal-ktieb ta’ depożitu, fil-kuntest ta’ proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza, dment li l-ispejjeż imġarrba mill-SGD ma jaqbżux l-ammont nett għall-kumpens tad-depożitanti koperti fl-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|