|
+Artikolu 16 Informazzjoni lid-depożitanti ---+Article 16 1. ---+Article 16 2. ---+Article 16 3. ---+Article 16 4. ---+Article 16 5. ---+Article 16 6. ---+Article 16 7. ---+Article 16 8. |
Artikolu 16 Informazzjoni lid-depożitantiArtikolu 16 Informazzjoni lid-depożitanti 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-SGD li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fl-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jgħarrfu lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu bl-esklużjonijiet applikabbli mill-protezzjoni ta-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti. 2. Qabel ma jidħlu f’kuntratt dwar it-teħid ta’ depożiti, id-depożitanti għandhom jiġu jingħataw l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1. Huma għandhom jirrikonoxxu li rċevew dik l-informazzjoni. Il-formula standard stipulata fl-Anness III għandha tintuża għal dak il-għan. 3. Il-konferma li l-depożiti huma depożiti eliġibbli għandha tingħata lid-depożitanti fir-rendikonti tagħhom tal-kont u jinkludu referenza għall-karta ta’ informazzjoni stipulata fl-Anness III. Is-sit tal-Internet tal-SGD rilevanti għandha tiġi indikata fuq il-karta ta’ informazzjoni. Il-karta ta’ informazzjoni stipulata fl-Anness III għandha tingħata lid-depożitant tal-anqas darba fis-sena. Is-sit tal-Internet tal-SGD għandu jkollu l-informazzjoni meħtieġa għad-depożitanti, b’mod partikolari l-informazzjoni li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar il-proċess u l-kondizzjonijiet tal-garanziji tad-depożiti kif previsti f’din id-Direttiva. 4. L-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-mod preskritt mill-liġi nazzjonali fil-lingwa li ġiet miftiehma mid-depożitant u l-istituzzjoni ta’ kreditu meta nfetaħ il-kont jewfil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-fergħa. 5. L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-użu fir-reklamar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal referenza fattwali għall-SGD li tiggarantixxi l-prodott li jirriferi għalih ir-reklam u għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa mil-liġi nazzjonali. Tali informazzjoni tista’ testendi għad-deskrizzjoni fattwali tal-funzjonament tal-SGD iżda ma għandiex tinkludi referenza għal kopertura illimitata ta’ depożiti. 6. F’każ ta’ fużjoni, il-konverżjoni ta’ sussidjarji f’fergħat jew operazzjonijiet simili, id-depożitanti għandhom jiġu infurmati tal-anqas xahar qabel ma l-operazzjoni jkollha effett legali sakemm l-awtorità kompetenti ma tippermettix data ta’ skadenza iqsar għal raġunijiet ta’ segretezza kummerċjali jew stabbiltà finanzjarja. Id-depożitanti għandhom jingħataw perijodu ta’ tliet xhur wara n-notifika tal-fużjoni jew konverżjoni jew operazzjoni simili sabiex jiġbdu jew jittrasferixxu f’istituzzjoni ta’ kreditu ieħor, mingħajr ma jġarrbu kwalunkwe penalità, id-depożiti eliġibbli tagħhom inklużi l-imgħax u l-benefiċċji kollha akkumulati, sa fejn jaqbżu l-livell ta’ kopertura fl-Artikolu 6 fil-mument tal-operazzjoni. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk istituzzjoni ta’ kreditu tirtira, jew tiġi eskluża minn SGD, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitanti fi żmien xahar minn tali irtirar jew esklużjoni. 8. Jekk depożitant juża l-Internet banking, l-informazzjoni li tkun meħtieġ li tiġi divulgata minn din id-Direttiva tista’ tiġi kkomunikata b’mezz elettroniku. Fejn id-depożitant jitlob hekk, din għandha tiġi kkomunikata bil-miktub. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|